IP/09/48 Brussell, it-14 ta' Jannar 2009Id-domain .eu jaqbeż it-3 miljuniIt-tliet miljun domain .eu ġie rreġistrat fil-11 ta’ Jannar minn ċittadin Ġermaniż. Sentejn u nofs wara li ġie varat, dan jikkonferma s-suċċess tad-domain tal-ogħla livell .eu. Huwa r-raba’ domain l-aktar popolari fost id-domains tal-pajjiżi Ewropej u d-disa' wieħed tad-dinja. Permezz tal-promozzjoni ta’ identità online distintivament ewropea, .eu jgħin liċ-ċittadini u n-negozju jgawdu mill-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku. Il-kumpaniji multinazzjonali, u l-SMEs, l-NGOs u l-imħaseb kif ukoll individwi Ewropej kollha adottaw id-.eu biex jimmarkaw il-preżenza elettronika tagħhom.“It-tliet miljun domain .eu jirriflettu l-fiduċja fl-UE li għandhom l-utenti Ewropej tal-internet”, qalet Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. “Din il-kisba, biss ftit xhur qabel it-tielet anniversarju, tindika biċ-ċar kemm id-.eu ġabar kunsens pubbliku: għadd dejjem akbar ta’ utenti tal-internet qed jaħtfu l-opportunità li jesprimu online il-karattru Ewrope tagħhom. Kuntenta partikolarment bil-fatt li bosta kumpaniji żgħar u medji qed jadottaw id-.eu bħala parti integrali mill-identità korporattiva tagħhom, u ħerqana li nara aktar kumpaniji japprofittaw mid-.eu fil-ġejjieni.” L-ilħiq tat-tliet miljun domain ifisser li d-.eu kkonsolida postu fost l-akbar għaxar domain tal-ogħla livell fid-dinja, bħal .com, .net. u .org. Ir-reġistrazzjoni għad-domains .eu ilha tikber bla qtugħ sa minn meta ddaħħlet fl-2006. Barra minn hekk, id-domains .eu għandhom reputazzjoni tajba: stħarriġ riċenti li sar għall-EURid, ir-reġistru għad-.eu, juri li l-utenti mhux biss jipperċepixxu d-.eu bħala l-identità elettronika Ewropea l-ġenwina, iżda jemmnu wkoll li d-domains .eu huma innovattivi u moderni. Bosta domains .eu ġew irreġistrati f’pajjżi tal-EU bl-akbar popolazzjoniiet u l-ogħla penetrazzjoni tal-internet. Il-Ġermanja għadha fuq quddiem bi 30%, segwita mill-Olanda (14%), ir-Renju Unit (12%), Franza (8%) u l-Polonja (6%). L-isfond Id-.eu fetaħ għall-ewwel darba fis-7 ta' Diċembru 2005 għad-detenturi ta' drittijiet preeżistenti (IP/05/1510). Sa mill-ewwel jiem ta' April 2006, ir-reġistrazzjoni kienet miftuħa għar-residenti u l-organizzazzjonijiet kollha tal-UE b'sede rreġistrata fl-UE (IP/06/476). Il-ġestjoni tar-reġistru .eu (id-database tar-reġistrazzjonijiet kollha ta' ismijiet .eu) tinsab f'idejn l-EURid, organizzazzjoni indipendenti u bla skop ta' qligħ. Sal-ewwel anniversarju tiegħu, kienu ġew irreġistrati 2.5 miljun isem ta' domain .eu (IP/07/483), , u fl-2007 żdiedu 300 000 isem ta' domain ieħor (IP/08/530). http://ec.europa.eu/information_society/policy/doteu/ Statistika dwar it-tieni kwart tal-2008: http://www.eurid.eu/files/Q2_08.pdf Għat-traċċar f’ħin reali tal-istatistika .eu, ara:http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statisticsMEMO/09/9 Annex Top ten top-level internet domains in number of registrations as of November 2008.com78.631.647.cn13.337.889.de12.447.909.net11.969.613.org7.330.494.uk7.277.705.info5.089.331.nl3.190.979.eu (*)2.995.022.biz2.020.082(*) an update on the number of registrations for .eu is maintained daily on EURID website: http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statistics Number of .eu domain names compared to national top-level internet domains per 1000 inhabitants (as of January 2009)CountryNo. of .eu domains per 1000 inhabitantsNo. of country domains per 1000 inhabitantsCyprus66.1n/aLuxembourg54.986.2Netherlands24.7193.6Ireland13.125.6Germany11.1151.7Belgium8.980.0Austria8.795.7Sweden8.790.2Denmark8.0175.0Czech Republic7.447.9Malta6.4n/aUK6.0118.1Estonia6.047.0Poland4.534.7France3.820.5Slovakia3.231.9Latvia3.228.7Slovenia2.930.8Hungary2.840.4Lithuania2.728.1Finland2.737.0Italy2.727.0Greece2.2n/aSpain1.523.8Bulgaria1.2n/aPortugal1.125.9Romania0.916.4