IP/09/191 Brussell, 30 ta' Jannar 2009Imħabbra r-rebbieħa tat-tieni kompetizzjoni tat-traduzzjoni tal-UEĠenerazzjoni ġdida ta' 'tradutturi żgħażagħ' se tiġi mistiedna Brussell f'April biex tirċievi premju għall-aqwa traduzzjoni mill-Kummissarju Ewropew għall-Multilingwiżmu, is-Sur Leonard Orban. L-ismijiet tas-27 rebbieħ tal-kompetizzjoni ‘Juvenes Translatores’ organizzata mill-Kummissjoni Ewropea ġew ippubblikati llum fuq il-websajt http://ec.europa.eu/translation/contest/index_mt.htm flimkien mat-traduzzjonijiet rebbieħa. "Ninsab kuntent li l-iskejjel madwar l-Ewropa ħaddnu l-kuntest b'daqshekk entużjażmu", qal is-Sur Orban. "Il-kompetizzjoni tipprovdi sfida reali li tgħaddi minn prova l-ħiliet lingwistiċi mgħallma l-iskola. Fl-istess waqt, l-istudenti jakkwistaw indikazzjoni ta' x'jinvolvi x-xogħol ta' traduttur". L-impressjonijiet tas-Sur Orban huma konfermati mill-parteċipazzjoni ikbar u r-riżultati ta' stħarriġ fuq l-Internet mibgħut lill-għalliema fl-iskejjel li ntgħażlu biex jieħdu sehem. Prattikament l-għalliema kollha mistħarrġa (99 %) lesti li jerġgħu jdaħħlu l-iskola tagħhom fil-kompetizzjoni, filwaqt li 86 % sabu t-tul u l-livell tat-testi xierqa, perspettiva li hija sostanzjata mill-kwalità għolja tat-traduzzjonijiet. Is-sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tal-‘Juvenes Translatores’ ('tradutturi żgħażagħ' bil-Latin) ingħataw il-punti minn bord ta' tradutturi u reviżuri professjonisti mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (id-DĠT). Dawn laqathom ħafna l-istandard għoli - 10 % tal-istudenti kisbu marka fl-ogħla medda tal-iskala. Kull traduzzjoni anonima kkoreġietha persuna li lsien twelidha huwa l-istess ilsien li fih ġie tradott it-test. Bord ippresedut mid-Direttur Ġenerali tad-DĠT mbagħad għażel l-aqwa traduzzjoni minn kull Stat Membru. Is-27 rebbieħ mill-iskejjel sekondarji Ewropej fl-ogħla livelli se jirbħu vjaġġ ta' tlitt ijiem għal Brussell għalihom u għal adult li jakkumpanjahom biex jirċievu premju u ċertifikat f'ċerimonja speċjali ta' premjazzjoni fit-3 ta' April. Huma kienu fost 2247 student minn 593 skola fl-UE li ħadu sehem fit-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni tat-traduzzjoni li ġiet organizzata fis-27 ta' Novembru 2008 fl-istess waqt fl-Istati Membri kollha u li ġiet sorveljata mill-iskejjel. Il-parteċipanti ngħataw sagħtejn biex jittraduċu test bis-suġġett tal-multilingwiżmu minn wieħed mit-23 ilsien uffiċjali tal-UE għal ilsien uffiċjali ieħor li għażlu huma. Il-Kummissjoni rċeviet traduzzjonijiet li jkopru l-ilsna uffiċjali kollha u 147 arranġament tal-ilsna. L-ismijiet tal-istudenti rebbieħa (flimkien mal-arranġament tal-ilsna li għażlu) u l-iskejjel tagħhom huma:IL-PAJJIZL-ISTUDENTL-ISKOLAL-AwstrijaMona Schönauer (FR-DE)[1]Akademisches Gymnasium, GrazIl-BelġjuLaetitia Lévêque (EN-FR)Institut Saint-Ferdinand, JemappesIl-BulgarijaСтефани Ханджийска (EN-BG)164 гимназия с преподаване на испански език ‘Мигел де Сервантес’, СофияĊipruAndreas Andreou (EN-EL)High school of Solea, NicosiaIr-Repubblika ĊekaLudvík Pouzar (EN-CS)Gymnázium, České BudějoviceId-DanimarkaJulie Carina Trasbo Jelgren (EN-DA)Roskilde Katedralskole, RoskildeL-EstonjaKairi Kangro (EN-ET)Hugo Treffneri Gümnaasium, TartuIl-FinlandjaTytti Rinkari (EN-FI)Tammerkosken lukio, TampereFranzaFabian Schmidt (FR-DE)Lycée Bartholdi, ColmarIl-ĠermanjaAnika Richter (EN-DE)Salzmannschule Schnepfenthal Staatliches Spezialgymnasium für Sprachen, Waltershausen- SchnepfenthalIl-GreċjaΜΑΡΙΑ ΑΡΝΑΟΥΤΑΚ (EN-EL)5th High School of Iraklion, IraklionL-UngerijaAnna Matei (EN-HU)Madách Imre Gimnázium, BudapestL-IrlandaMarian Madden (FR-EN)Coláiste Chiaráin, LimerickL-ItaljaRiccardo Gasparetto Stori (EN-IT)Liceo ‘Leopardi-Majorana’, PordenoneIl-LatvjaAgnija Lāce (EN-LV)Rīgas 85. vidusskola, RīgaIl-LitwanjaJulius Juodakis (DE-LT)Vilniaus Mykolo Biržiškos gimnazija, VilniusIl-LussemburguNina Hentzen (FR-DE)Lycée Aline Mayrisch, LuxembourgMaltaPaula Schembri (MT-EN)Junior College, L-ImsidaL-OlandaFrancien Homan (EN-NL)Maartenscollege Haren, GroningenIl-PolonjaWeronika Danecka (EN-PL)VIII Liceum Ogólnoształcące im. A. Asnyka w Łodzi, Łódź / łódzkieIl-PortugallLuis Filipe Machado Costa (EN-PT)Colégio Nossa Senhora da Assunção, AnadiaIr-RumanijaRaluca Maria Ionescu (EN-RO)Grup Scolar ‘Ferdinand I’, Curtea de ArgesIs-SlovakkjaKassova Frederika (FR-SK)Gymnazium Ivana Bellu, HandlovaIs-SlovenjaMaša Klemenčič (EN-SL)Gimnazija Poljane, LjubljanaSpanjaSamuel Darriba Real (EN-ES)IES Nosa Señora dos Ollos Grandes, LugoL-IżvezjaOskar Lindbom (FR-SV)Rosendalsgymnasiet, Uppsala  HusargatanIr-Renju UnitSabrina Vashisht (FR-EN)North London Collegiate School, EdgwareGħal aktar tagħrif: Kompetizzjoni tat-traduzzjoni: websajt http://ec.europa.eu/translation/contest/index_mt.htmIl-mappa li turi l-bliet minn fejn ġejjin ir-rebbieħa: http://ec.europa.eu/translation/contest/press_mt.htm DĠ għat-Traduzzjoni: http://ec.europa.eu/dgs/translation/index_en.htm L-ilsna fl-UE: http://europa.eu/languages/mt/home [1] EN: Ingliż; FR: Franċiż; DE: Ġermaniż; ES: Spanjol; IT: Taljan; NL: Olandiż; PT: Portugiż; EL: Grieg; PL: Pollakk; RO: Rumen; SV: Żvediż; FI: Finlandiż; DA: Daniż; BG: Bulgaru; CS: Ċek; HU: Ungeriż; SL: Sloven; SK: Slovakk; LT: Litwan; ET: Estonjan; LV: Latvjan; MT: Malti.