IP/09/195 Brussell, it-30 ta' Jannar 2009Trid tkun taf x’imiss fl-aġenda tal-UE?Il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għall-Kalendarju tal-UE, għodda ġdida tal-internet li tippermetti lil kull min irid, jinsab fejn jinsab fid-dinja, biex isir jaf x’se jkun hemm fuq l-aġenda tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-futur qrib. “Il-Kalendarju tal-UE jagħti aċċess lill-ġurnalisti fl-Istati Membri għall-istess informazzjoni li għandhom aċċess għaliha l-ġurnalisti fi Brussell. Naturalment, huwa aċċessibbli għall-pubbliku wkoll. Dan huwa eżempju tajjeb tal-“komunikazzjoni fil-livell lokali”, qalet il-Viċi President Margot Wallström, responsabbli għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali u l-Istrateġija tal-Komunikazzjoni. Il-Kalendarju tal-UE huwa għodda tal-internet li għandha l-għan li tgħin lill-ġurnalisti u lill-professjonisti tal-informazzjoni jsibu tarf tal-flussi kontinwi tal-informazzjoni li hemm disponibbli fuq kwistjonijiet marbutin mal-UE. Se jkun punt tad-dħul uniku għal informazzjoni avvanzata (testi, links u stampi) fuq leġiżlazzjoni ġdida, azzjonijiet u avvenimenti mħejjija jew organizzati mill-istituzzjonijiet tal-UE. L-informazzjoni kollha tkun disponibbli bi tliet klikkijiet tal-maws:kalendarju ta’ azzjonijiet u avvenimenti fil-futur (kull ġimgħa, kull xahar u kull tliet xhur); informazzjoni qasira dwar kull avveniment (il-post, id-data, il-kuntatti, taqsira tal-kontenut); stampi, vidjows u/jew websajts speċifiċi li jagħtu informazzjoni fid-dettall.Tista’ tara l-Kalendarju tal-UE fil-websajt: http://europa.eu/eucalendar/