IP/09/196 Brussell, 30 ta' Jannar 2009Il-Kummissjoni Ewropea tirdoppja l-kopertura awdjoviżiva tal-avvenimenti u servizzi oħra lix-xandirEbS+, addizzjoni ġdida lis-servizz EbS (Europe by Satellite – l-Ewropa bis-Satellita) ingħata bidu f’Jannar biex joffri iktar kontenut awdjoviżiv relatat mal-UE lill-ġurnalisti u l-utenti l-oħra madwar id-dinja. Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Margot Wallström, qalet, "L-irduppjar tal-kapaċità se jżid it-trasparenza fl-UE u r-rappurtar tal-kwistjonijiet marbuta mal-UE.” L-EbS jipprovdi kopertura awdjoviżiva tal-aħbarijiet tal-UE lill-professjonisti tax-xandir madwar id-dinja li tkun ta’ kwalità tajba, aġġornata u b’xejn. Huwa disponibbli wkoll għall-pubbliku. L-EbS joffri trażmissjonijiet diretti tal-avvenimenti tal-UE u aħbarijiet editjati permezz tas-satellita diġitali u l-webstreaming dirett f’massimu ta’ 23 lingwa. Huwa jipprovdi wkoll materjal arkivjat (memoclips), stockshots tal-vidjow, infoclips u stqarrijiet tal-aħbarijiet bil-vidjow (VNR – video news releases). Websajt: http://ec.europa.eu/ebs