IP/09/266 Brussell, is-16 ta' Frar 2009L-Istati Membri tal-UE jinsabu fit-triq lejn id-diżattivazzjoni tat-TV analoga terrestriL-Ewropa hija l-mexxejja dinjija fit-tranżizzjoni mit-televixin analoga għal dik diġitali. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tmexxi approċċ koordinat għall-ħelsien u l-użu sussegwenti fil-ġejjieni tal-ispektrum tar-radju għaliex trid tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tat-televixin diġitali, inkluż firxa dejjem tikber ta' servizzi interattivi tat-TV (bħat-TV b'definizzjoni għolja jew vidjo-on-demand), disponibbli fuq pjattaformi ta' trażmissjoni multipla inklużi dawk terrestri, kejbil, satellita, TV fuq l-internet u netwerks tat-TV ċellulari. Biex dan isir, l-Istati Membri bil-mod il-mod qed jagħlqu t-trażmissjonijiet analogi li jutilizzaw ħafna mill-ispektrum u qed jimxu lejn ix-xandir diġitali. Kollox ma' kollox, id-diżattivazzjoni tat-TV analoga terrestri fl-Ewropa miexja fit-triq it-tajba. Id-diżattivazzjoni diġà tlestiet f'ħames Stati Membri (il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Lussemburgu, l-Iżvezja u l-Olanda) u sal-2010 l-proċess għandu jkun avvanzat sew madwar l-UE kollha. Il-mira tal-UE għad-diżattivazzjoni fl-2012 mistennija li tintlaħaq minn kważi l-Istati Membri kollha. "L-għadd ta' Ewropej li qed igawdu mill-benefiċċji tat-TV diġitali dejjem qed jiżdied. Jidher ċar li diversi Stati Membri huma mexxejja dinjija fit-tranżizzjoni mit-trażmissjoni tat-TV analoga terrestri għat-TV diġitali," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tat-Telekomunikazzjoni u l-Midja tal-UE. "Il-bidla li qed tagħmel l-Ewropa miexja skont il-pjan u miexja sew, speċjalment meta pparagunata ma' pajjiżi oħra madwar id-dinja. Ninsab fiduċjuża li fis-sentejn li ġejjin aktar pajjiżi tal-UE se jissieħbu mal-ewwel grupp ta' pajjiżi li għamlu din il-bidla u daħlu fl-era diġitali. Dan ifisser li ammont siewi ta' spektrum ġdid se jkun disponibbli għas-servizzi ġodda tat-TV u bla fili - dejjem jekk l-Ewropa tieħu d-deċiżjonijiet it-tajba u teħodhom malajr. Deċiżjonijiet koordinati rigward l-użu tal-hekk imsejħa dividend diġitali huma ċentrali għall-irkupru ekonomiku bikri tal-Ewropa." Ix-xandir diġitali joffri kwalità aħjar tal-istampa, ħoss aħjar, konnessjoni aħjar għall-mowbajl, aktar kanali tat-TV u tar-radju kif ukoll servizzi ta' tagħrif imtejba(bħal gwidi tal-ipprogrammar fuq l-iskrin). Peress li x-xandir diġitali juża l-ispektrum tar-radju b'aktar effiċjenza, il-kapaċità ta' dan tal-aħħar se tinħeles għal użi ġodda, bħat-TV b'definizzjoni għolja, komunikazzjonijiet bil-mowbajl, jew broadband bla fili [wireless] fiż-f'żoni rurali. Dan għandu jistimola l-innovazzjoni u l-opportunitajiet għat-tkabbir fl-industriji tat-telekomunikazzjoni u tal-midja, filwaqt li jikkontribwixxi għall-isforzi Ewropej lejn l-ixprunar tal-irkupru ekonomiku. Il-Kummissjoni qed taħdem fuq approċċ komuni dwar kif għandu jintuża l-ispektrum li jinħeles permezz tal-bidla diġitali għall-ksib tal-akbar benefiċċji għas-suq intern u għall-500 miljun ċittadin tiegħu. It-trażmissjonijiet terrestri diġitali diġà ddaħħlu f'21 Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja,l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Latvja, Malta, l-Olanda, il-Finlandja, l-Iżvezja, is-Slovenja, ir-Renju Unit) u jkopru partijiet mit-territorju nazzjonali. Ħames Stati membri oħra (Ċipru, l-Irlanda, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja) ħabbru li s-servizzi diġitali se jkunu offruti sa mhux aktar tard mill-2010. Ir-Rumanija għadha ma ddeskrivietx il-pjanijiet tagħha. Id-diżattivazzjoni tat-TV analoga terrestri diġà seħħet fil-Lussemburgu, l-Olanda, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Ġermanja, il-Belġju (Flanders) u f’żoni prinċipali tal-Awstrija. Sa tmiem l-2010 jew qabel se tkun twettqet madwar l-Awstrija kollha, l-Estonja, id-Danimarka, Spanja, Malta u s-Slovenja kollha kemm huma. It-TV analogue terrestri se jiġi diżattivat bejn it-tmiem l-2010 u t-tmiem l-2010 fil-Belġju (Wallonia u r-reġjun kapitali ta' Brussell), il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit. Għall-Polonja d-data finali tad-diżattivazzjoni hija mhux aktar tard mill-2015.GruppStati MembriA (id-diżattivazzjoni tlestiet)BE (Flanders), DE, FI, LU, NL, SEB (id-data tad-diżattivazzjoni hija fi tmiem l-2010 jew qabel)AT, DK, EE, ES, MT, SIC (id-data ta' diżattivazzjoni: tmiem l-2012 jew qabel)BE (ir-reġjun kapitali ta' Brussell), BG, CY, CZ, EL, FR, HU, IT, LT, LV, PT, RO, SK, UKL-Istati Uniti ressqet id-data ta' diżattivazzjoni lura għat-12 ta' Ġunju 2009. Id-diżattivazzjoni għall-Ġappun hija ppjanata għal Lulju 2011, il-Korea t'Isfel għal tmiem l-2012, l-Awstralja għall-2013, l-Indja u r-Russja għall-2015. It-teknoloġija li ntużat għat-trażmissjoni ta' TV diġitali terrestri fl-Ewropa hija DVB-T. Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ l-użu tal-istandards mill-familja tad-DVB fl-UE u madwar id-dinja kollha (IP/08/451). Għal aktar tagħrif: It-tagħrif dwar il-pjanijiet tal-Istati Membri għad-diżattivazzjoni huwa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni kif ġej http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/current/broadcasting/switchover/national_plans/index_en.htmIl-Komunikazzjoni dwar it-tħaffif tat-tranżizzjoni minn xandir analogue għal dak diġitali tinsab fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52005DC0204:EN:NOT Il-Komunikazzjoni dwar id-divident diġitali tinsab fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0700:EN:NOT