IP/09/369 Brussell, id-9 ta’ Marzu 2009Il-Politika ta' Koeżjoni tappoġġja lill-"ekonomija li tirrispetta l-ambjent" għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fit-tul fl-EwropaDanuta Hübner, il-Kummissarju Ewropew għall-Politika Reġjonali, ħabbret illum li għandhom jiġu investiti EUR 105 biljun fl-"ekonomija li tirrispetta l-ambjent" permezz tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE. Il-finanzjament, li jirrappreżenta aktar minn 30 % tal-baġit tal-politika reġjonali għall-2007-2013, joffri pjattaforma soda għall-ħolqien ta' impjiegi kif ukoll spinta sinifikanti għar-reġjuni u l-ibliet fix-xewqa kbira tagħhom li jżommu t-tmexxija globali tal-Ewropa fil-qasam tat-teknoloġiji ambjentali. Il-Kummissarju Hübner stqarret: "L-appoġġ għall-ambjent u għall-ekonomija li tirrispetta lill-ambjent imorru id f'id mal-għan tal-Politika ta' Koeżjoni għat-twassil tat-tkabbir sostenibbli, tal-impjiegi u tal-kompetittività. F'ambjent finanzjarju diffiċli, dan l-investiment għandu jkun kruċjali għall-ħolqien ta' impjiegi fit-tul u għal qawmien ġdid tal-ekonomiji lokali, kif ukoll għat-tisħiħ tal-impenn tal-UE biex tiġġieled kontra l-bidla fil-klima." Infiq ambizzjuż għal iniżjattivi ambjentali Il-EUR 105 biljun dedikati għal proġetti li jirrispettaw l-ambjent u għall-impjiegi huma kważi tliet darbiet akbar mis-somma allokata fil-perjodu baġitarju 2000-2006. Parti kbira mill-pakkett (EUR 54 biljun) hija mfassla biex tgħin lill-Istati Membri jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE. It-titjib fit-trattament tal-ilma u tal-iskart waħdu jilħaq it-EUR 28 biljun tat-total. Ir-Rumanija u l-Bulgarija qed jinvestu l-ogħla proporzjon tal-finanzjament għall-Politika ta' Koeżjoni fi proġetti relatati mal-ambjent, f'45 % u 42 % tal-allokazzjonijiet tagħhom rispettivament. Dawn l-investimenti jinkludu mijiet ta' proġetti prinċipali għall-ambjent, li jikkontribwixxu wkoll għall-ħarsien u l-ħolqien ta' impjiegi fl-UE. Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima L-UE laqgħet għanijiet ambizzjużi fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima – tnaqqis ta' 20 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra fl-UE b'sehem ta' 20 % ta' enerġiji li jiġġeddu fil-konsum tal-enerġija tal-UE sal-2020. Bi EUR 48 biljun allokati għal miżuri mmirati li jilħqu l-għanijiet tal-klima tal-UE u li joħolqu ekonomija li tiddependi anqas fuq il-karbonju, il-Politika ta' Koeżjoni qed tagħti kontribut konsiderevoli lil dawn il-miri. Dan jinkludi EUR 23 biljun għall-ferroviji, EUR 6 biljun għat-transport nadif fl-ibliet, EUR 4,8 biljun għall-enerġiji li jiġġeddu u EUR 4,2 biljun għall-effiċjenza fl-enerġija. Il-Politika ta' Koeżjoni qed tgħin ukoll biex toħloq opportunitajiet ġodda fis-suq għall-ekonomiji lokali billi tippermettilhom jiksbu l-opportunitajiet maħluqa mill-ħtieġa tat-trattament tal-bidla fil-klima bħala sorsi potenzjali tat-tkabbir. Kważi nofs l-Istati Membri (l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u r-Renju Unit) integraw l-indikaturi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fil-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni tagħhom. Franza, pereżempju, żviluppat għodda unika ta' valutazzjoni tal-karbonju biex tissorvelja l-emissjonijiet ta' CO2 prodott mill-proġetti kollha ffinanzjati bl-appoġġ tal-UE. Il-promozzjoni tal-eko-innovazzjoni Il-promozzjoni tal-eko-innovazzjoni u tal-impjiegi "ambjentali" ġodda, speċjalment fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), tinsab fuq quddiem fil-prijoritajiet għall-appoġġ tar-reġjuni. Il-Politika ta' Koeżjoni qed tikkontribwixxi EUR 3 biljun għall-promozzjoni fl-SMEs ta' prodotti u ta' proċessi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Wieħed mill-għanijiet ċari ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa li tingħata spinta lill-investiment ġenerali fit-teknoloġiji ambjentali. Il-Lahti Cleantech cluster fil-Finlandja huwa eżempju tajjeb ta' dan it-tip ta' appoġġ. L-investiment Komunitarju (ta’ EUR 1,5 miljun) f'dan il-proġett inkoraġġixxa l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ambjentali billi laqqa' flimkien l-intrapriżi żgħar u kbar, l-organizzazzjonijiet edukattivi u l-awtoritajiet reġjonali. Ir-riżultati huma ċari: Inħolqu 170 impjieg ġdid, twaqqfu 20 kumpaniji ġodda ta' teknoloġija nadifa fir-reġjun ta' Lahti u l-proġett ġibed aktar minn EUR 30 miljun f'investiment totali. Programmi "ambjentalment approvati" L-455 programm li qed jitħaddmu fil-qalba tal-Politika ta' Koeżjoni huma "ambjentalment approvati": qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom iressqu evalwazzjoni ambjentali strateġika biex jiżguraw li l-programmi tagħhom jirrispettaw ir-regoli ambjentali tal-UE. Għandha titwettaq ukoll evalwazzjoni tal-impatt ambjentali għal ċerti skemi ffinanzjati mill-Komunità – jiġifieri proġetti ewlenin tat-trasport. Politika flessibbli għall-adozzjoni ta' sfidi kumplessi L-isfida tal-ambjent ma tirrispettax il-fruntieri. Il-Politika ta' Koeżjoni, bil-programmi numerużi tagħha transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali, tista' toffri pjattaforma importanti għal tipi ġodda ta' kooperazzjoni. Pereżempju, l-EU Baltic Sea Region Strategy (l-Istrateġija tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku) hija l-ewwel strateġija tal-UE mfassla f'livell ta' "makro-reġjun", li tinvolvi l-pajjiżi tal-viċinat bħar-Russja. Waħda mill-għanijiet prinċipali tagħha hija li ttejjeb l-istat ambjentali tal-Baħar Baltiku. Anness: Il-finanzjament ta' koeżjoni allokat għall-ambjent f'kull Stat Membru. Aktar tagħrif jinstab fuq: http://ec.europa.eu/regional_policy/projects/stories/index_en.cfm http://ec.europa.eu/sustainable/ ANNEX Cohesion policy investment in environment, by Member State 2007-2013, in EurosBalgarijaCategoriesCommunity amountEco-innovation in small and medium enterprises (SMEs)23.233.333Railways464.000.000Promotion of clean urban transport68.054.177Renewable energy66.491.830Energy efficiency, co-generation, energy management125.619.935Waste management300.521.138Water management934.903.309Promotion of biodiversity and nature protection98.861.283Integrated projects for urban and rural regeneration150.263.623Other590.481.108Sum:2.822.429.736Belgique-BelgiëCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs2.000.000Renewable energy11.851.495Energy efficiency, co-generation, energy management13.976.147Waste management2.382.219Water management1.000.000Rehabilitation of industrial sites and contaminated land54.048.204Promotion of biodiversity and nature protection16.481.566Promotion of clean urban transport4.018.925Integrated projects for urban and rural regeneration147.886.292Other49.218.072Sum:302.862.920Ceska RepublikaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs292.558.512Railways2.594.682.303Renewable energy567.934.283Energy efficiency, co-generation, energy management622.097.020Waste management520.258.572Water management1.745.530.053Promotion of biodiversity and nature protection685.006.132Promotion of clean urban transport200.960.223Risk prevention529.197.260Integrated projects for urban and rural regeneration967.788.988Other1.998.500.556Sum:10.724.513.902DanmarkCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs25.980.691Promotion of biodiversity and nature protection6.127.108Other6.127.108Sum:38.234.907DeutschlandCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs123.861.432Railways794.513.644Renewable energy226.110.262Energy efficiency, co-generation, energy management252.119.003Waste management47.745.110Water management374.973.719Promotion of biodiversity and nature protection107.257.535Promotion of clean urban transport43.885.020Risk prevention526.609.018Integrated projects for urban and rural regeneration989.091.023Other791.879.154Sum:4.278.044.920EestiCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs8.793.732Railways155.269.516Renewable energy: biomass10.200.299Energy efficiency, co-generation, energy management63.374.791Waste management70.302.813Water management407.756.320Rehabilitation of industrial sites and contaminated land138.045.325Promotion of biodiversity and nature protection33.943.477Risk prevention38.346.989Other300.379.635Sum:1.226.412.897ElladaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs41.225.000Railways810.700.000Renewable energy292.840.000Energy efficiency, co-generation, energy management71.170.000Waste management432.176.450Water management1.398.166.550Promotion of biodiversity and nature protection201.467.000Promotion of clean urban transport873.870.000Risk prevention479.120.000Integrated projects for urban and rural regeneration478.546.683Other425.621.000Sum:5.504.902.683EspañaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs245.755.147Railways3.575.543.446Renewable energy164.357.038Energy efficiency, co-generation, energy management147.617.671Management of household and industrial waste462.015.554Water management4.019.502.284Promotion of biodiversity and nature protection749.878.282Promotion of clean urban transport138.677.144Risk prevention715.036.203Integrated projects for urban and rural regeneration1.098.679.757Other679.869.072Sum:11.996.931.598EU cross-border cooperationCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs58.892.704Railways69.095.927Renewable energy223.347.167Energy efficiency, co-generation, energy management107.467.685Waste management45.378.270Water management164.631.233Promotion of biodiversity and nature protection300.202.143Promotion of clean urban transport42.777.085Risk prevention253.973.572Integrated projects for urban and rural regeneration169.330.476Other1.288.003.764Sum:2.723.100.026FranceCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs148.852.300Railways321.277.778Renewable energy365.435.057Energy efficiency, co-generation, energy management192.106.190Waste management134.470.000Water management279.447.993Promotion of biodiversity and nature protection224.068.810Promotion of clean urban transport179.400.928Integrated projects for urban and rural regeneration410.220.690Other856.187.829Sum:3.111.467.575IrelandCategoriesCommunity amountRailways6.400.000Energy efficiency, co-generation, energy management38.000.000Water management8.000.000Promotion of clean urban transport16.400.000Integrated projects for urban and rural regeneration85.000.000Sum:153.800.000ItaliaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs524.507.449Railways1.839.786.715Renewable energy1.049.129.004Energy efficiency, co-generation, energy management793.795.597Waste management338.072.531Water management574.936.708Promotion of biodiversity and nature protection57.132.769Promotion of clean urban transport357.743.723Risk prevention396.135.708Integrated projects for urban and rural regeneration1.393.378.542Other1.550.770.104Sum:8.875.388.850KyprosCategoriesCommunity amountRenewable energy5.950.000Management of household and industrial waste125.495.000Water management8.500.000Rehabilitation of industrial sites and contaminated land16.150.000Promotion of clean urban transport29.720.000Integrated projects for urban and rural regeneration41.624.324Sum:227.439.324LatvijaCategoriesCommunity amountRailways256.300.000Renewable energy67.180.000Energy efficiency, co-generation, energy management60.220.000Waste management129.500.000Water management562.993.781Rehabilitation of industrial sites and contaminated land49.000.000Promotion of biodiversity and nature protection26.000.000Integrated projects for urban and rural regeneration263.035.286Other165.300.000Sum:1.579.529.067LietuvaCategoriesCommunity amountRailways558.301.925Renewable energy36.763.789Energy efficiency, co-generation, energy management329.961.346Waste management278.995.046Water management343.611.250Promotion of biodiversity and nature protection165.563.265Promotion of clean urban transport40.652.957Integrated projects for urban and rural regeneration252.091.219Other417.123.705Sum:2.423.064.502LuxembourgCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs757.310Renewable energy1.767.056Energy efficiency, co-generation, energy management504.873Rehabilitation of industrial sites and contaminated land3.786.550Integrated projects for urban and rural regeneration757.310Sum:7.573.099MagyarországCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs51.934.567Railways1.657.356.773Renewable energy202.892.004Energy efficiency, co-generation, energy management156.200.000Waste management366.500.000Water management1.958.637.850Promotion of biodiversity and nature protection298.966.605Promotion of clean urban transport1.703.305.238Risk prevention969.776.802Integrated projects for urban and rural regeneration676.446.480Other1.367.500.341Sum:9.409.516.660MaltaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs6.000.000Renewable energy18.400.000Energy efficiency, co-generation, energy management15.590.000Waste management55.250.000Water management61.500.000Rehabilitation of industrial sites and contaminated land48.280.000Promotion of biodiversity and nature protection20.830.000Promotion of clean urban transport4.000.000Risk prevention46.750.000Other41.670.000Sum:318.270.000NederlandCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs17.747.000Railways847.000Renewable energy21.215.400Energy efficiency, co-generation, energy management28.177.600Waste management2.667.500Water management2.244.000Rehabilitation of industrial sites and contaminated land31.340.000Promotion of biodiversity and nature protection7.414.000Promotion of clean urban transport16.424.000Integrated projects for urban and rural regeneration110.483.000Other58.067.000Sum:296.626.500ÖsterreichCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs31.209.693Railways3.000.000Renewable energy24.237.408Energy efficiency, co-generation, energy management5.956.013Risk prevention9.074.950Promotion of biodiversity and nature protection175.000Integrated projects for urban and rural regeneration20.790.928Other4.558.808Sum:99.002.800PolskaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs182.663.850Railways4.722.444.508Renewable energy775.795.217Energy efficiency, co-generation, energy management409.233.887Waste management1.311.253.636Water management3.663.754.044Promotion of biodiversity and nature protection207.772.134Promotion of clean urban transport2.329.261.318Risk prevention823.344.535Integrated projects for urban and rural regeneration933.651.717Other2.417.609.127Sum:17.776.783.973PortugalCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs138.179.793Railways1.379.475.000Renewable energy104.650.199Energy efficiency, co-generation, energy management146.638.870Waste management224.088.076Water management1.439.369.669Promotion of biodiversity and nature protection166.509.565Promotion of clean urban transport28.757.404Integrated projects for urban and rural regeneration454.199.981Other1.076.251.725Sum:5.158.120.282RomâniaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs125.747.737Railways1.718.455.590Renewable energy191.542.611Energy efficiency, co-generation, energy management253.241.727Waste management792.840.872Water management2.776.532.160Promotion of biodiversity and nature protection235.889.966Integrated projects for urban and rural regeneration894.245.223Other1.645.475.642Sum:8.633.971.528SlovenijaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs55.634.088Railways449.567.581Renewable energy54.186.553Energy efficiency, co-generation, energy management105.700.000Waste management205.568.426Water management382.881.856Promotion of biodiversity and nature protection89.502.740Promotion of clean urban transport34.069.345Other198.189.929Sum:1.575.300.518Slovenska RepublicaCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs54.794.398Railways1.165.067.078Renewable energy90.252.216Energy efficiency, co-generation, energy management78.584.184Waste management368.600.000Water management890.643.065Promotion of biodiversity and nature protection30.454.161Promotion of clean urban transport41.600.000Integrated projects for urban and rural regeneration239.124.800Other875.416.028Sum:3.834.535.930Suomi/FinlandCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs38.572.460Railways10.198.058Renewable energy20.682.247Energy efficiency, co-generation, energy management24.243.917Water management9.504.672Promotion of biodiversity and nature protection4.801.649Promotion of clean urban transport1.932.884Other46.213.277Sum:156.149.164SverigeCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs33.130.626Railways10.655.373Renewable energy52.342.949Energy efficiency, co-generation, energy management9.173.788Promotion of clean urban transport13.741.278Promotion of biodiversity and nature protection8.569.467Integrated projects for urban and rural regeneration14.019.266Other41.816.766Sum:183.449.513United KingdomCategoriesCommunity amountEco-innovation in SMEs272.522.371Railways60.931.808Renewable energy136.776.913Energy efficiency, co-generation, energy management141.507.204Waste management20.230.668Promotion of biodiversity and nature protection29.051.366Promotion of clean urban transport95.076.029Integrated projects for urban and rural regeneration423.770.091Other418.900.592Sum:1.598.767.042