IP/09/473 Brussell, il-25 ta’ Marzu 2009Jiżdied l-użu tal-mowbajl u jonqsu l-prezzijiet għall-konsumatur: Rapport tal-Kummisjoni jgħid li s-settur Ewropew tat-telekomunikazzjoni qed jegħleb il-kriżi ekonomika.L-Ewropa qiegħda fl-ewwel post fid-dinja għas-servizzi tat-telefonija mobbli b'numru ta' abbonamenti fl-2008 ta' 119 % tal-popolazzjoni tal-UE, (żieda ta' 7 punti perċentwali mill-2007), wisq iktar mill-Istati Uniti (87 %) u l-Ġappun (84 %). Din hija sejba li ħarġet illum mir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress fis-suq uniku tat-telekomunikazzjoni. Minkejja l-kriżi ekonomika, is-settur tat-telekomunikazzjoni tal-UE (b'valur ta' madwar 3% tal-PGD tal-UE) kompla jikber fl-2008 bi dħul stmat ta' iktar minn EUR 300 biljun, żieda ta' 1.3 % meta mqabbel mal-2007 u l-aħjar rendiment meta mqabbel mal-bqija tal-ekonomija (żieda ta' biss 1% iktar). Il-konsumaturi jiggwadanjaw l-iktar mill-kompetittività f' dan is-settur: iħallsu inqas filwaqt li jieħdu valur aħjar għal flushom. Il-medja tal-kontijiet tal-mowbajls naqset minn EUR 21.48 għal EUR 19.49 fl-2008 u 75 % tal-konsumaturi Ewropej issa għandhom konnessjoni tal-internet ta' 2 megabits kull sekonda jew iktar (veloċità li tippermetti, per eżempju, li tinqabad it-televiżjoni minn fuq l-internet), bis-saħħa tal-azzjoni tal-UE. Madankollu, ir-rapport tal-Kummissjoni jwissi wkoll li mingħajr koordinazzjoni mtejba, l-benefiċċji tas-suq uniku tat-telekomunikazzjoni jistgħu jixxekklu minħabba l-inkonsistenza fir-regolamentazzjoni nazzjonali. "L-Ewropa hija IL-kontinent tal-komunikazzjoni mobbli, b'iktar u iktar nies jużaw it-telfonija mobbli u s-servizzi tal-broadband tal-mowbajl. Minkejja l-kriżi globali, il-konsumaturi Ewropej jikkomunikaw iktar minn qatt qabel bit-telefowns tagħhom u permezz tal-Internet. Din hija aħbar tajba għal settur li jista' jgħin 'l-Ewropa tirreżisti l-perjodu ta' kriżi" qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tat-Telekomunikazzjonijiet tal-UE. "Iżda minkejja l-aħbar tajba ma għandniex noqgħodu b'idejna fuq żaqqna. Irridu nsaħħu l-indipendenza tar-regolaturi nazzjonali. Għandna bżonn ukoll ta' kompetizzjoni iktar ġusta bejn operaturi fissi u mobbli, fid-dawl tal-konverġenza li qed tiżdied bejn it-telefonija fissa u mobbli. Fl-aħħar irridu nevitaw li nduru madwar ir-regoli tal-UE għax dan jista' jagħmel ħsara lis-suq uniku. B'mod partikolari nitħasseb dwar il-ħafna regolaturi nazzjonali li għaddejjin għal rashom fuq netwerks tal-internet b'veloċità għolja. It-triq lejn kompetizzjoni ġusta u investiment f'dawn in-netwerks ma tinstabx f'27 soluzzjoni differenti li jiffavorixxu l-aktar lill-ġganti nazzjonali, iżda permezz ta' swieq miftuħa, ċertezza legali u opportunitajiet indaqs għall-investituri u l-operaturi kollha." Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-lum huwa ritratt tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet Ewropew u tal-qagħda tal-kompetizzjoni fis-27 pajjiż tal-UE. It-tkabbir fis-settur huwa akbar minn tal-bqija tal-ekonomija. It-tkabbir stmat fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet fl-UE għall-2008 huwa ta' 1.3 %, iktar mill-1 % tat-tkabbir reali fil PGD tal-ekonomija globali Permezz tal-prezzijiet li għadhom niżlin tal-komunikazzjonijiet standard (bħal telefonati jew l-użu tal-internet), dan it-tkabbir ikompli jrażżan l-inflazzjoni. Il-mowbajl: il-konsumaturi jħallsu 34.5 % inqas minn 5 snin ilu Is-suq tal-mowbajl baqa' l-iktar qasam dinamiku tat-telekomunikazzjonijiet fl-UE matul l-2008. L-użu tal-mowbajl żdied minn 112 % fl-2007 għall-119 % tal-popolazzjoni fl-2008. L-Italja, il-Litwanja u l-Lussemburgu qegħdin fuq il-140 %. Is-sehem medju fis-suq tal-operaturi ewlenin naqas b'madwar 3 % is-sena li għaddiet, li jindika suq iktar kompetittiv. Ir-riżultat huwa li l-konsumaturi jqattgħu iktar ħin jitkellmu u jibagħtu l-messaġġi bi prezzijiet mill-inqas 34.5 % inqas mill-2004. L-UE fuq quddiem fl-użu tal-internet b'veloċità għolja In-numru ta' konnessjonijiet tal-internat bi broadband fissa fl-UE qed ikompli jikber: Erbatax-il miljun iktar mill-2008, li jilħaq iktar minn total ta' 114-il miljun. Id-Danimarka u l-Olanda qegħdin fl-ewwel postijiet fid-dinja fil-broadband, b'penetrazzjoni fis-suq ta' iktar minn 35 % tal-popolazzjoni. Qegħdin fuq quddiem flimkien mal-Iżvezja, l-Finlandja, ir-Renju Unit, il-Lussemburgu, il-Belġju u l-Germanja u Franza, li jaqbżu l-Istati Uniti, li laħqu l-25 % f'Lulju tal-2008. L-użu tal-broadband mobbli ukoll qed jiżdied, bl-għadd ta' konnessjonijiet li issa jirrapreżenta 13 % tal-popolazzjoni Ewropea. Il-broadband mobbli permezz ta' data card u dongles qed issir alternattiva vijabbli għal broadband fissa f'pajjiżi bħall-Awstrija (in-numru ta' konnessjonijet huwa ekwivalenti għal 11.4 % tal-poplazzjoni), il-Finlandja u l-Portugall (8.3 %). Iktar konsumaturi li jbiddlu l-operaturi 20.5 miljun konsumatur biddlu l-operatur tat-telefonija fl-2008 filwaqt li żammew in-numri tagħhom tal-linji fissi u mobbli. Sa Ottubru tal-2008, madwar 84 miljun abbonat (17 % taċ-ċittadini tal-UE) kienu biddlu l-operatur minn meta dan sar possibbli fl-2003. Jibqgħu l-problemi għas-suq uniku Ewropew Ir-rapport tal-lum qal ukoll li regolamenti differenti f'pajjiżi differenti tal-UE jkomplu jfixklu milli jkun hemm suq tassew uniku għall-operaturi u l-konsumaturi tat-telekomunikazzjonijiet.Ir-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet indipendenti huma essenzjali biex jiżguraw regolamenti effettivi u ġusti, iżda għadhom ma sarux realtà fis-27 pajjiż tal-UE. Proċedimenti ta' ksur varati mill-Kummissjoni kontra l-Litwanja, il-Latvja u r-Rumanija għadhom pendenti, filwaqt li każ kontra l-Polonja ttieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew. Regolamentazzjoni inkonsistenti ta' problemi simili dwar il-kompetizzjoni tista' tkun piż żejjed għall-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet, speċjalment l-għadd dejjem jikber ta' kumpaniji attivi f'bosta pajjiżi jew li joffru servizzi transkonfinali. - Approċċi differenti għar-regolament ta' netwerks ġodda bil-fibri ottiċi jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi fis-suq uniku u jwasslu għal inċertezza regolatorja għall-investiment ġdid. Xi deċiżjonijiet ta' regolaturi jidhru saħansitra li ttieħdu b'mod li jinjora r-regoli tal-UE (IP/08/2060)- Għad baqa' diskrepanzi serji bejn il-prezzijiet li jżommu l-operaturi lil xulxin biex iqabbdu s-sejħiet li jsiru minn netwerk differenti (minn Ċipru EUR 0.02/minuta sa EUR 0.16/minuta fil-Bulgarija.Filwaqt li fl-Irlanda u f' Malta trid biss ġurnata biex tbiddel l-operatur u żżomm in-numru tat-telefown, fil-Polonja trid 38-il ġurnata, fl-Italja 15-il ġurnata u 14 fis-Slovakkja.Pakkett għall-Istampa bir-Rapport il-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-Progress tas-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjoni, mistoqsijiet l-iktar komuni (FAQ) u materjal informattiv dwar kull pajjiż tal-UE huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=4784 MEMO/09/129 MEMO/09/132 Annex: Selected charts from the Commission's Single Telecoms Market Progress Report 2008Mobile penetration [ ]Mobile penetration – country overview [ ] Development of mobile consumer prices[ ]Broadband price developments[ ] Source: BIAC – First half of 2008, Final report, December 2008, Van Dijk Management Consultants Status of broadband take-up in the EU(Broadband means an always-on Internet connection with a bandwidth capacity of at least 144 kilobits per second)[ ]Mobile broadband penetration (Mobile broadband refers to a wireless high-speed Internet connection via data cards and dongles that can be plugged in laptops, and does not include active mobile users accessing advanced data services via their handset)[ ] Consumer prices for broadband services[ ]Mobile number portability (= consumers switching the mobile operator while being able to keep their number, as required by EU law)[ ] Mobile number portability – days required to port number [ ] Fixed number portability(= consumers switching the fixed operator while being able to keep their number, as required by EU law)[ ] Fixed number portability – days required to port number[ ]Mobile termination rates [ ]112 - awareness [ ]