IP/09/534 Brussell, it-3 ta' April 2009Ir-rebbieħa tal-konkors tat-traduzzjoni tal-UE jirċievu l-premijiet tagħhomSebgħa u għoxrin student mill-iskejjel sekondarji tal-UE llum se jirċievu premju u diploma kull wieħed fi Brussell għall-iżvilupp tal-aħjar traduzzjonijiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom fil-konkors tat-traduzzjoni “Juvenes Translatores” (‘tradutturi żagħżagħ’ bil-Latin). Il-premijiet se jkunu ppreżentati minn Leonard Orban, il-Kummissarju Ewropew għall-Multilingwiżmu. Il-konkors kien organizzat f'Novembru 2008 mill-Kummissjoni Ewropea biex tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u biex tagħti viżibilità lill-professjoni tat-traduttur. “Għal darba oħra, dan il-konkors tat-traduzzjoni kien verament ta' suċċess fl-għaqda tan-nies flimkien u fit-tqajjim ta' kuxjenza dwar it-tagħlim tal-lingwi, it-traduzzjoni u n-natura unika multilingwistika tal-UE,” fi kliem is-Sur Orban. “Smajna li xi parteċipanti issa qegħdin jikkunsidraw bis-serjetà t-triq tat-traduzzjoni bħala karriera, u xi skejjel li ħadu sehem bdew proġetti ta' skambju.” L-istudenti rebbieħa rebħu vjaġġ ta' jumejn għal Brussell għalihom u għal adult bħala akkompanjatur. Barra miċ-ċerimonja ta' preżentazzjoni fil-preżenza tal-Kummissarju Orban, ir-rebbieħa se jmorru dawra ma' Brussell u se jżuru d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Se jiltaqgħu ma' tradutturi professjonali, u se jaraw l-għodod u l-metodi ta' xogħol li t-tradutturi jużaw fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Kull min huwa interessat – sew jekk huma skejjel, għalliema jew ħbieb - jistgħu jaraw iċ-ċerimonja ta' preżentazzjoni permezz ta' xandira diretta fuq l-internet. Il-ħolqa biex wieħed jara l-avveniment se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Juvenes Translatores:http://ec.europa.eu/translation/contest/index_mt.htmF'din it-tieni edizzjoni tal-konkors li saret fis-27 ta' Novembru 2008 fl-istess ħin madwar l-Istati Membri kollha, ħadu sehem 2 247 student magħżula minn 593 skola. Il-parteċipanti kellhom sagħtejn biex jittraduċu test dwar is-suġġett tal-multilingwiżmu minn xi lingwa mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE għal xi lingwa oħra uffiċjali. It-traduzzjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni koprew il-lingwi uffiċjali kollha u 147 kumbinazzjoni ta' lingwi. It-tieni konkors kien organizzat wara s-suċċess kbir li kellu l-ewwel konkors fl-2007. Skont stħarriġ li sar mal-għalliema tal-lingwi eżatt wara l-konkors kien hemm entużjażmu daqstant qawwi. “Juvenes Translatores” se jsir avveniment regolari fis-sena skolastika. Għaldaqstant, il-preparamenti għat-tielet edizzjoni diġà bdew. L-ismijiet tar-rebbieħa, il-kumbinazzjoni tal-lingwi magħżula u l-iskejjel tagħhomPAJJIŻSTUDENTSKOLAL-AwstrijaMona Schönauer (FR-DE)[1]Akademisches Gymnasium, GrazIl-BelġjuLaetitia Lévêque (EN-FR)Institut Saint-Ferdinand, JemappesIl-BulgarijaСтефани Ханджийска/Stefanie Handjijska(EN-BG)Spanish Language High School ‘Miguel de Cervantes’, SofiaĊipruΑνδρέας Ανδρέου/Andreas Andreou (EN-EL)High school of Solea, NicosiaIr-Repubblika ĊekaLudvík Pouzar (EN-CS)Gymnázium Jírovcova, České BudějoviceId-DanimarkaJulie Carina Trasbo Jelgren (EN-DA)Roskilde Katedralskole, RoskildeL-EstonjaKairi Kangro (EN-ET)Hugo Treffneri Gümnaasium, TartuIl-FinlandjaTytti Rinkari (EN-FI)Tammerkosken lukio, TampereFranzaFabian Schmidt (FR-DE)Lycée Bartholdi, ColmarIl-ĠermanjaAnika Richter (EN-DE)Salzmannschule Schnepfenthal Staatliches Spezialgymnasium für Sprachen, Waltershausen- SchnepfenthalIl-GreċjaΜΑΡΙΑ ΑΡΝΑΟΥΤΑΚΗ/ Maria Arnaoutaki (EN-EL)5th High School of Iraklion, IraklionL-UngerijaAnna Matei (EN-HU)Madách Imre Gimnázium, BudapestL-IrlandaMarianne Madden (FR-EN)Coláiste Chiaráin, LimerickL-ItaljaRiccardo Gasparetto Stori (EN-IT)Liceo ‘Leopardi-Majorana’, PordenoneIl-LatvjaAgnija Lāce (EN-LV)Rīgas 85. vidusskola, RīgaIl-LitwanjaJulius Juodakis (DE-LT)Vilniaus Mykolo Biržiškos gimnazija, VilniusIl-LussemburguNina Hentzen (FR-DE)Lycée Aline Mayrisch, LuxembourgMaltaPaula Schembri (MT-EN)Junior College, L-ImsidaL-OlandaFrancien Homan (EN-NL)Maartenscollege Haren, GroningenIl-PolonjaWeronika Danecka (EN-PL)VIII Liceum Ogólnoształcące im. A. Asnyka, ŁódźIl-PortugallLuís Filipe Machado Costa (EN-PT)Colégio Nossa Senhora da Assunção, AnadiaIr-RumanijaRaluca Maria Ionescu (EN-RO)Grup Scolar ‘Ferdinand I’, Curtea de ArgesIs-SlovakkjaFrederika Kaššová (FR-SK)Gymnazium Ivana Bellu, HandlováIs-SlovenjaMaša Klemenčič (EN-SL)Gimnazija Poljane, LjubljanaSpanjaSamuel Darriba Real (EN-ES)IES Nosa Señora dos Ollos Grandes, LugoL-IżvezjaOskar Lindbom (FR-SV)Rosendalsgymnasiet, UppsalaIr-Renju UnitSabrina Vashisht (FR-EN)North London Collegiate School, EdgwareIl-bliet tal-oriġini tar-rebbieħa:[ ]Għal aktar informazzjoni:Il-konkors tat-traduzzjoni http://ec.europa.eu/translation/contest/index_mt.htm/Id-DĠ għat-Traduzzjoni: http://ec.europa.eu/dgs/translation/ Il-lingwi fl-UE: http://europa.eu/languages/mt/home [1] EN: Ingliż; FR: Franċiż; DE: Ġermaniż; ES: Spanjol; IT: Taljan; NL: Olandiż; PT: Portugiż; EL: Grieg; PL: Pollakk; RO: Rumen; SV: Żvediż; FI: Finlandiż; DA: Daniż; BG: Bulgaru; CS: Ċek; HU: Ungeriż; SL: Sloven; SK: Slovakk; LT: Litwanjan; ET: Estonjan; LV: Latvjan; MT: Malti.