IP/09/536 Brussell, it-3 ta’ April 2009.ue: tliet snin wara, tliet miljun isem tad-domainTliet snin wara l-varar tiegħu, id-domain tal-internet tal-ogħla livell .eu ikompli jkun storja ta' suċċess. Bħalissa hemm aktar minn tliet miljun isem tad-domain tal-internet taħt id-domain tal-ogħla livell tal-Ewropa stess. Lanqas il-kriżi finanzjarja ma waqqfet dan it-tkabbir: in-numru ta' domains .eu kiber b'2% matul l-ewwel tliet xhur tal-2009, u d-.eu seddaq il-ħames post tal-popolarità f'dawk li huma domains tal-ogħla livell tal-kodiċi tal-pajjiżi madwar id-dinja. Permezz tal-promozzjoni ta’ identità online distintivament Ewropea, id-.eu jista' jgħin liċ-ċittadini u lin-negozji jgawdu mill-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku tal-Ewropa. Il-kumpaniji multinazzjonali u l-SMEs, l-NGOs, l-imħaseb kif ukoll iċ-ċittadini kollha adottaw id-.eu biex jimmarkaw il-preżenza elettronika tagħhom. Mhumiex waħidhom. Kmieni x-xahar li għadda, l-Iżvezja għamlet ġest simboliku billi kienet l-ewwel Stat Membru li adottat ".eu" għas-sit elettroniku uffiċjali tagħha ddedikat lill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li se tibda mill-1 ta' Lulju: www.se2009.eu. "Nilqa' bil-ferħ id-deċiżjoni tal-Iżvezja li tagħżel id-domain .eu għall-presidenza tagħha tal-Unjoni Ewropea li se tibda fl-1 ta' Lulju. Dan huwa sinjal inkoraġġanti li nisperaw li jkun segwit minn ħafna presidenzi fil-futur," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà Informatika u l-Medja. "Bl-għażla tal-isem tad-domain .eu għas-sit elettroniku tagħha, il-presidenza tista' turi biċ-ċar li presidenza mhijiex dwar il-pajjiż li jippresjedi l-laqgħat għal 6 xhur, iżda dwar ħidma għall-Ewropa kollha. Dan juri wkoll li .eu, li qed jiċċelebra għeluq it-tielet sena tiegħu illum, qed isir l-għażla naturali għal kull min ifittex identità online Ewropea." .eu kkonsolida postu fost l-akbar għaxar domain tal-ogħla livell fid-dinja, bħal .com, .net. u .org. Ir-reġistrazzjonijiet għad-domains .eu kibru kull sena minn meta ġie introdott tliet snin ilu, fis-7 ta' April 2006 (IP/06/476), u laħaq it-tliet miljun kmieni din is-sena (IP/09/48). Ġew reġistrati kważi 3,050,000 domains .eu sa Marzu 2009. Bosta domains .eu ġew irreġistrati f’pajjżi tal-UE bl-akbar popolazzjonijiet u l-ogħla użu tal-internet bħala proporzjon tal-popolazzjoni. Il-Ġermanja għadha fuq quddiem bi 30%, segwita mill-Olanda (14%), ir-Renju Unit (12%), Franza (8%) u l-Polonja (6%).L-isfond .eu fetaħ għall-ewwel darba fis-7 ta' Diċembru 2005 għad-detenturi ta' drittijiet preeżistenti inklużi detenturi tad-trademarks u entitajiet pubbliċi (IP/05/1510). Sa mill-bidu ta' April 2006, ir-reġistrazzjoni kienet miftuħa għar-residenti u l-organizzazzjonijiet kollha tal-UE stabbiliti fl-UE (IP/06/476). Il-ġestjoni tar-reġistru .eu (id-database tar-reġistrazzjonijiet kollha ta' ismijiet .eu) tinsab f'idejn l-EURid, organizzazzjoni indipendenti u bla skop ta' qligħ. Sal-ewwel anniversarju tagħha, kienu ġew irreġistrati 2.5 miljun isem ta' domain .eu (IP/07/483), , u fl-2007 żdiedu 300 000 isem ta' domain ieħor (IP/08/530). http://ec.europa.eu/information_society/policy/doteu/ Statistika dwar it-tieni kwart tal-2008: http://www.eurid.eu/files/Q3_08.pdf Għat-traċċar f’ħin reali tal-istatistika .eu, ara:http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statisticsMEMO/09/9 Annex Ten largest top-level internet domains by number of registered domain names, as of March 2009.com79.439.607.cn13.854.687.de12.652.025.net12.099.536.org7.472.142.uk7.382.123.info5.137.681.nl3.285.095.eu (*)3.049.034.biz2.025.576(*) The number of registrations for .eu is updated daily on EURID website:http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statistics Number of .eu domain names compared to national top-level domains of EU Member States per 1000 inhabitants (as of January 2009)CountryNo. of .eu domains per 1000 inhabitantsNo. of domain names in national TLD per 1000 inhabitantsCyprus66.1n/aLuxembourg54.986.2Netherlands24.7193.6Ireland13.125.6Germany11.1151.7Belgium8.980.0Austria8.795.7Sweden8.790.2Denmark8.0175.0Czech Republic7.447.9Malta6.4n/aUK6.0118.1Estonia6.047.0Poland4.534.7France3.820.5Slovakia3.231.9Latvia3.228.7Slovenia2.930.8Hungary2.840.4Lithuania2.728.1Finland2.737.0Italy2.727.0Greece2.2n/aSpain1.523.8Bulgaria1.2n/aPortugal1.125.9Romania0.916.4