IP/09/655 Brussell, 29 ta' April 2009Rkupru tal-miri tal-baġit tal-UE għall-2010Il-Kummissjoni llum adottat abbozz preliminari tal-baġit, ta' €139bn, għall-2010. L-ikrupru ekonomiku huwa l-qalba tan-nefqa tas-sena d-dieħla u l-proposta tiddedika l-ikbar sehem mill-fondi (45%) għal miżuri mmirati lejn it-tkabbir u l-impjiegi – żieda ta' 3.2% fuq dik tal-2009 – sabiex tgħin biex terġa' tinkiseb il-kompetittività madwar l-Unjoni. Il-fondi għal programmi ewlenin marbuta mar-riċerka u l-enerġija se jiżdiedu b'aktar minn 12% u l-flus għall-politika ta' koeżjoni se jiżdiedu wkoll, hekk kif l-UE-12 għandhom jirċievu 52% tal-Fondi ta' Koeżjoni u Strutturali. L-intestaturi kollha fil-baġit se jkollhom żieda, li se tilħaq total ta' €138.6bn f'impenji (1.18% tad-DNG) u €122.3bn fi ħlasijiet (1.04% tad-DNG). Meta ppreżenta l-proposta, Siim Kallas, il-Viċi President għall-Affarijiet Amministrattivi, il-Verifika u l-Ħidma Kontra l-Frodi, u responsabbli għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit, qal: "Dan il-baġit jimmira għal miżuri biex jgħin fl-iskansatura ta' triq għan-niżla iktar wieqfa minn dik li qed nesperjenzaw. €6bn se jmorru għar-riċerka u l-innovazzjoni filwaqt li madwar 9 miljun ċittadin se jirċievu għajnuna permezz tal-Fond Soċjali Ewropew." Huwa żied, "L-2010 se tara t-tieni fażi tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-pjan ta' rkupru assigurat, biex b'hekk it-total ta' fondi addizzjonali għall-kriżi jitilgħu għal aktar minn €6bn għall-perjodu 2008-2010".€62 biljun għall-impjiegi, l-infrastruttura u l-kompetittività It-tfigħ ta' fondi fi proġetti biex jiġu salvati u jinħolqu l-impjiegi, jiġu mgħejuna kumpaniji u terġa' tinħoloq il-kompetittività se tkun l-ogħla prijorità tal-UE. It-trasport u n-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej se jirċievu 12.7% aktar finanzjament meta mqabbel mal-2009 (€1.08bn) u l-programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (is-CIP) se jikber bi 3.3% (€0.5bn). L-2010 se tkun is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali b'baġit ta' kważi €20m u firxa ta' inizjattivi ppjanati għall-Istati Membri kollha. Għat-tieni sena tiegħu, il-proġett prestiġġjuż tal-UE għan-navigazzjoni bis-satellita, Galileo, se jirċievi 8% iktar f'finanzjament (€0.9bn). Il-qatgħa ta' fuq nett tal-fondi ta' koeżjoni se jmorru għall-UE12 Bħala parti mit-€62bn iddedikati għall-impjiegi u l-kompetittività, €49bn se jmorru għall-koeżjoni fl-UE27. Ix-xejra li jiddaħħal gradwalment finanzjament għall-Istati Membri li ngħaqdu mal-UE fl-2004 u fl-2007 (l-UE-12) qed tissokta. Għall-ewwel darba, l-UE-12 se jirċievu l-ikbar sehem mill-Fondi tal-Koeżjoni u Strutturali tal-UE (52%). Anki s-sostenn agrikolu għal dawn ir-reġjuni se jikber, u se jkun hemm impatt reali hekk kif l-UE-12 issa se jkunu qed jirċievu kważi 20%, €11bn, f'sostenn agrikolu. B'riżultat tal-PAK, tas-suq wieħed u tal-prezzijiet ogħla fis-suq, id-dħul tal-bdiewa fl-UE-12 issa huwa 57% ogħla milli kien qabel l-adeżjoni. Il-finanzjament għar-riżordi naturali fl-UE-27 huwa ta' €59bn u, bħala parti minn dan, in-nefqa għall-ambjent u għall-iżvilupp rurali se tikber bi kważi 2.5% għal kważi €15bn. It-tieni fażi tal-finanzjament għall-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku F'April 2009 il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-ħtieġa ta' €5bn oħra biex jiġu ffinanzjati proġetti Ewropej ewlenin fl-oqsma tal-enerġija u tal-infrastruttura tal-faxx wiesa' u biex jiġu indirizzati sfidi ġodda fl-inħawi rurali marbuta mal-verifika tas-saħħa tal-PAK. Wara l-ewwel stimolu ta' €2.6bn fl-2009, se jiżdiedu €2.4bn oħra mal-baġit tal-2010, u l-għajn tal-fondi se tiġi deċiża aktar tard waqt il-proċedura tal-baġit tal-2010. €8 f'għajnuna esterna Fl-2010, l-UE se tkompli bl-isforzi tagħha biex tgħin lil pajjiżi ifqar mill-oħrajn u żżomm qagħda qawwija fuq il-palk dinji sabiex tkun kapaċi tindirizza sfidi globali bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel u l-globalizzazzjoni. L-għajnuna tal-UE għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, mgħoddija permezz tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, se tiżdied b'1.7%, u se tilħaq it-€2.4bn. Assistenza ta' qabel l-adeżjoni (l-IPA) tiżdied bi kważi 5%, €1.6bn. Il-finanzjament għall-Politika Komuni tal-UE dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (is-CFSP) se tiżdied b'16% (għal €282m). Anki l-aħħar parti tal-€1bn bħala Faċilità għall-Għajnuna bl-Ikel se tkun iffinanzjata fil-baġit tal-2010 (€170m). Nagħmlu lill-UE post aktar sikur għal kulħadd Il-parti tal-baġit li se tirċievi l-ikbar spinta fin-nefqa (b'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju tal-UE fuq medda ta' seba' snin) se tkun dik tal-proġetti biex jiġu missiltin il-kriminalità u t-terroriżmu, u l-ġestjoni tal-flussi tal-migrazzjoni, b'żieda ta' 13.5% għal kważi €1bn. B'mod aktar ġenerali, l-ispiża aministrattiva għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE se tikber b'mod moderat bi 2.1%, bl-ispiża proprja tal-Kummissjoni Ewropea tiżdied b'inqas minn 1% (0.9%) u tkun €3.6bn. Sfond Il-baġit jipprevedi kemm impenji (wegħdi legali biex jingħata l-finanzjament, basta jkunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet) kif ukoll ħlasijiet (flus kontanti jew trasferimenti bankarji lill-benefiċjarji). L-adozzjoni aħħarija tal-baġit tal-UE se sseħħ matul is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew f'Diċembru.