IP/09/704 Brussell, 6 ta' Mejju 2009Il-Ġimgħa Ewropea għall-SMEs tagħti spinta lill-intraprenditorija fi żminijiet diffiċliIl-promozjoni tal-intraprenditorija u li titqajjem kuxjenza dwar l-appoġġ għan-negozju huma l-messaġġi prinċipali tal-ewwel Ġimgħa Ewropea għall-SMEs imnedija illum fi Brussell. Aktar minn 1000 avveniment se jseħħu f'35 pajjiż mis-6 sal-14 ta' Mejju. Illum aktar minn qatt qabel il-kontribuzzjoni tal-intraprendituri Ewropej biex ikunu mħarsa l-impjiegi u jinħolqu oħrajn ġodda jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u appoġġjata. Il-ġimgħa ser tippermetti wkoll lill-intraprendituri li jiskopru l-informazzjoni, il-pariri, l-ideat u l-appoġġ disponibbli fuq livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali biex jgħinuhom jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom.Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Günter Verheugen, responsabbli għall-Intrapriża u l-Industrija, illum ta bidu għall-ġimgħa tal-SME (Intrapriżi Żgħar u Medji): "Din il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri ħadmet ħafna biex ittejjeb il-kondizzjonijiet għall-kumpaniji żgħar. Jekk hemm mod ta' kif wieħed jista' joħroġ mit-tnaqqis ekonomiku, dan jikkonsisti fil-kreattività, il-flessibilità u l-kapaċità tal-SMEs li jsibu s-soluzzjonijiet. Flimkien, diġà wettaqna t-titjib. Però hu meħtieġ li nimxu iktar 'il quddiem. Neħtieġu aktar SMEs peress li dawn huma dawk li jmexxu verament it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi ". Il-ġimgħa tal-SMEs hija waħda mill-miżuri li timplimenta l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA), l-ewwel qafas ta' politika verament komprensiv tal-SMEs għall-UE u l-Istati Membri tagħha. Politiki biex jippromwovu l-SMEs ġew imressqa konsiderevolment mill-Kummissjoni Ewropea mindu bdiet it-terminu tagħha fl-2004:Biex ikun ankrat il-prinċipju "Naħsbu fiċ-Ċokon l-Ewwel" fl-UE It-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi: L-SMEs se jibbenefikaw minn miżuri simplifikati u minn iffrankar fl-ispejjeż amministrattivi skont l-għan tal-Kummissjoni li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji b'25% fl-2012 u biex jinvolvu wkoll lill-Istati Membri (ara IP/09/131).• Regoli riveduti tal-għajnuniet statali li jagħmluha aktar faċli għall-SMEs biex jibbenefikaw minn finanzjament pubbliku għat-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, ħarsien ambjentali u tipi oħra ta' għajnuna.Statut ġdid għal Kumpanija Privata Ewropea se jippermetti lill-SMEs li jibdew u joperaw skont l-istess dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kumpaniji fl-Ewropa kollha. Tnieda fil-bidu tal-2009 il-programm ta' skambju Ewropew Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ li jinkoraġġixxi intraprendituri ġodda u li jispira lil dawk li qed jippjanaw li jwaqqfu negozju ġdid. Il-programm jgħinhom jiksbu l-ħiliet rilevanti għall-ġestjoni ta’ SME billi jagħmlu żmien jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE ma' intraprenditur tal-esperjenza. Ġiet proposta leġiżlazzjoni ġdida biex tindirizza l-problema tal-ħlasijiet tard mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji (ara IP/09/552)L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li japplikaw rati mnaqqsa tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għal servizzi pprovduti lokalment, inklużi s-servizzi ta' xogħol intensiv, bħall-qtigħ tax-xagħar, servizzi tal-ikel u servizzi ta' tiswija.Matul il-ġimgħa tal-SMEs, qed iseħħu avvenimenti li jinformaw, jassistu u jlaqqgħu intraprendituri eżistenti u potenzjali waqt li jgħinuhom ukoll jiżviluppaw ideat ġodda u jibbenefikaw minn informazzjoni u appoġġ personalizzat. Għal ħarsa ġenerali sħiħa tal-avvenimenti kollha matul ġimgħa tal-SMEs: L-Ewwel Ġimgħa Ewropea tal-SMEs Pereżempju, fi Brussell mis-6 sad-9 ta' Mejju, fil-wirja interattiva "Esperjenza tal-SME - Kif tħossok meta tkun intraprenditur", il-viżitatur ikollu esperjenza prattika ta' xi jfisser li tkun intraprenditur minn dak li jara, ixomm, imiss u jisma' f'istallazzjonijiet imqassma f'10 kmamar. Ir-rebbieħa tal-Kompetizzjoni Ewropea ta' Vidjow dwar l-Intraprenditorija se jitħabbru waqt il-ftuħ tal-avveniment fi Brussell li jiffoka fuq l-influwenza tat-TV fuq l-attitudnijiet intraprenditorjali fis-6 ta' Mejju. F'din il-kompetizzjoni ta' vidjow, il-Kummissjoni talbet vidjows qosra iżda kreattivi, interessanti u li jitfgħu dawl fuq l-intraprenditorija fi tliet kategoriji: "L-ispirtu intraprenditorjali", "Intraprenditorija innovattiva" u "Intraprenditorija Responsabbli". Il-Ġimgħa tal-SMEs se tagħlaq fit-13 u l-14 ta' Mejju fi Praga, permezz ta' konferenza "L-Att għan-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa: negozju mingħajr fruntieri", organizzata mill-Presidenza Ċeka tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. L-avveniment se jinkorpora ċerimonja li fiha jitħabbru r-rebbieħa tal-Premji Ewropej għall-Intrapriża, u li matulha ser ikunu ppremjati prattiki innovattivi fir-reġjuni u mill-muniċipalitajiet sabiex jippromwovu l-intraprenditorija u l-SMEs. Aktar informazzjoni: L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar Premjijiet għall-Impriża Ewropea Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi