IP/09/783 Brussell, 14 ta' Mejju 2009Il-konsumaturi: Il-linji tal-ajru jieħdu passi biex inaddfu l-websajts minn fejn jinbiegħu l-biljetti tal-ajruRiżultati ġodda tal-UE li kienu ppubblikati llum juru "pass ta' bidla" fil-websajts li jbiegħu biljetti tal-ajru madwar l-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' konformità mar-regoli dwar il-ħarsien tal-konsumatur. Ir-riżultati jidhru fir-rapport finali dwar proċess mal-UE kollha li ħa 18-il xahar biex ikunu attakkati riklamar li jqarraq u prattiċi inġusti. Bħala riżultat ta' investigazzjoni ta' infurzar mill-UE li nbdiet f'Settembru 2007 – ma' 15-il awtorità nazzjonali tal-UE u tan-Norveġja – ġew ikkoreġuti 115 minn 137 websajt ta' linji tal-ajru li kienu investigati. Wara proċess addizzjonali ta' ċċekkjar li involva bejgħ misterjuż indipendenti f'Marzu 2009 minn 67 linja tal-ajru kbar, 52 kumpanija kienu jew iċċertifikati ħielsa minn kull prattika inġusta u impenjaw ruħhom li jżommu l-istess standards jew li jwieġbu immedjatament għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mal-kumpaniji biex jirrimedjaw kwistjonijiet pendenti (ara l-listi hawn taħt). Il-proċess ta' ċċekkjar ivverifika l-websajts skont lista komprensiva ta' 14-il punt, li kien sar qbil dwarhom minn qabel mal-industrija tal-linji tal-ajru. Il-Kummissjoni issa qed taħdem biex iddaħħal fis-seħħ ftehim mal-industrija kollha li jistipula standards komuni għal-linji tal-ajru madwar l-UE u biex jinżamm standard għoli fil-websajts."Il-Kummissarju tal-UE għall-konsumaturi, Meglena Kuneva qalet: Din l-investigazzjoni tal-linji tal-ajru mal-Ewropa kollha qed tbiddel il-wiċċ tal-websajts tal-linji tal-ajru madwar l-UE. Ma hemm ebda lok għal serħan il-moħħ; hemm iktar xogħol x'isir. Iżda din l-ewwel investigazzjoni pan-Ewropea wriet li għandha "snien" ta' veru u tista' tikseb riżultati. Il-pass li jmiss huwa ftehim mal-industrija kollha, u aħna se nkomplu nimmonitorjaw mill-qrib l-iżviluppi fis-settur." Il-Viċi-President Antonio Tajani responsabbli mit-Trasport qal, "L-applikazzjoni ta' trasparenza sħiħa tal-prezz hija obbligu skont ir-regolament tas-servizzi bl-ajru. Huwa dmir il-linji tal-ajru li jimponu standards għolja mal-industrija kollha; hija r-responsabbiltà tagħna li nassiguraw li l-partijiet kollhom jirrispettaw l-istess regoli. Din għandha l-ewwel u qabel kollox importanza għall-konsumatur li jixtieq iqabbel il-prezzijiet bejn il-linji tal-ajru u jagħmel għażla vera. 1. Riżultati tal-Investigazzjoni tal-2007 dwar il-Bejgħ tal-Biljetti tal-Linji tal-Ajru L-azzjonijiet ta' infurzar issa tlestew f'85 % tal-każijiet. Mill-137 websajt li kienu investigati u li jirrappreżentaw madwar 80 kumpanija, 115 issa ġew ikkoreġuti (ara t-tabella fil-qosor fil-MEMO/09/238 mehmuż li turi t-tagħrif dwar l-infurzar sal-aħħar ta' Marzu 2009.) 2. L-istudju dwar l-iċċekkjar tal-linji tal-ajru Il-proċess ta' ċċekkjar kellu l-għan biex jimmonitorja b'mod komprensiv il-qagħda globali fil-qasam tal-bejgħ tal-linji tal-ajru billi jikkunsidra wkoll id-dħul fis-seħħ ta' żewġ leġiżlazzjonijiet tal-UE li jsaħħu l-ħarsien tal-konsumatur mindu sar l-ewwel iċċekkjar f'Settembru 2007 (id-Direttiva dwar Prattiċi ta' Kummerċ Żleali, Ir-Regolament dwar is-Servizzi bl-Ajru). Fuq il-bażi tal-lista ta' ċċekkjar b'14-il punt li dwarha sar qbil mal-industrija tal-ajru (ara MEMO/09/238) l-iċċekkjar ta ħarsa lejn is-seba' websajts l-aktar importanti tal-linji tal-ajru fis-27 Stat Membru – li jkopru 67 linja tal-ajru u madwar 339 miljun passiġġier b'kollox. Ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni li sar mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sejbiet mill-istudju, fosthom l-impenji li ħadu l-linji tal-ajru, huma mniżżla hawn taħt fil-qosor. (ara t-tabella fl-Anness 1 tal-istqarrija għall-istampa) X'se jiġri issa?Ir-riżultati tal-proċess ta' ċċekkjar kienu ngħataw lill-awtoritajiet nazzjonali ta' infurzar, biex ikunu segwiti fejn ikun meħtieġ Il-Kummissjoni qed taħdem mal-industrija tal-linji tal-ajru biex iddaħħal fis-seħħ ftehim mal-industrija kollha biex jinżammu standards, fosthom monitoraġġ minn terzi persuni indipendenti. F'Ġunju 2009 il-Kummissjoni se toħroġ Komunikazzjoni dwar l-infurzar biex jissaħħaħ ix-xogħol tan-netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar (in-netwerk CPC) wara l-ewwel sentejn tiegħu ta' ħidma. Sfond: Il-paġna tal-iċċekkjar http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/sweep/index_en.htm Anness 1 Tabella li telenka r-Riżultati tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mal-linji tal-ajru bbażata fuq l-istudju ta' ċċekkjar[1]. Il-linji tal-ajru li jissodisfaw l-istandards kollha tal-iċċekkjar u li taw kelma li jżommu l-webpages tagħhom f'dan il-livellAir MaltaBlue1bmibmibabyEstonian AirFinnairIberiaMalmö AviationSASSata Air AçoresSata InternationalSpanairTAPTaromTUIflyVirgin AtlanticIl-linji tal-ajru li jagħtu l-kelma li kwistjonijiet imqajma mill-iċċekkjar kienu diġà ġew ittrattati jew se jkunu ttrattati f'qasir żmien biex ikun żgurat li jkunu sodisfatti l-istandards kollhaAdria AirwaysAegean AirlinesAer ArannAer LingusAir BerlinAir EuropaAir OneAlitaliaAustrian AirlinesBinter CanariasBlue AirBrussels AirlinesBulgaria AirCarpatairCimber SterlingCondorCyprus AirwaysCyprus Turkish AirlinesCzech AirlinesDelta Air LinesEasyJetFinncomm AirlinesFlybeLOTLufthansaLuxairMalév Hungarian AirlinesMeridiana AirNorwegian Air ShuttlePegasus AirlinesRyanairSkywaysSwisstransavia.comVLM AirlinesWizz Air[1] L-iċċekkjar huwa studju li jfittex il-fatti u li jagħti ħarsa lejn il-qagħda globali fl-industrija tal-linji tal-ajru. Is-sejbiet tiegħu wasslu għal inizjattiva politika tal-Kummissjoni biex titjieb il-konformità mal-punti fil-lista ta' ċċekkjar. Dawn is-sejbiet u l-attivitajiet tal-Kummissjoni li segwew ma jikkostitwixxux l-allegazzjoni ta' ksur. Huma biss l-awtoritajiet nazzjonali ta' infurzar li jistgħu jinvestigaw b'mod formali l-ksur.