IP/09/800 Brussell, it-18 ta' Mejju 2009Il-vot tiegħek jgħodd, semma' leħnekMill-4 sas-7 ta' Ġunju li ġej, 375 miljun ċittadin ta' 27 pajjiż, minn Ħelsinki sa Liżbona, minn Dublin sa Vilnius, ser ikunu msejħa biex imorru jivvutaw sabiex jeleġġu l-Parlament Ewropew. F'filmat disponibbli fuq is-sit tal-internet tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso jsejjaħ liċ-ċittadini biex imorru jivvutaw sabiex isemmgħu leħinhom. "Il-vot tiegħek jgħodd. Għaliex l-għażla tiegħek ser tgħin biex issawwar id-direzzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-ħames snin li ġejjin" stqarr il-President Barroso f'dan il-filmat li hu aċċessibbli fuq is-sit tal-internet tiegħu f'dan l-indirizz : http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/multimedia/vlog/index_en.htm Il-filmat hu disponibbli f'6 lingwi (Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Spanjol, Portugiż, Taljan) fuq is-sit tal-internet tiegħu iżda wkoll fuq il-portal awdjoviżiv tal-Kummissjoni Ewropea. Il-verżjoni bil-miktub ta' din id-dikjarazzjoni hi wkoll aċċessibbli fis-17-il lingwa oħra tal-UE. Hu jfakkar, li minkejja li hi l-Kummissjoni Ewropea li tieħu l-inizjattiva politika u tagħmel il-proposti meħtieġa sabiex twassal riżultati konkreti għaċ-ċittadini, huwa l-Parlament Ewropew li jagħmel il-liġijiet, flimkien mal-gvernijiet nazzjonali". Hu jżid ukoll li "l-Istituzzjonijiet Ewropej jridu jagħtu rendikont tal-azzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew". "Int għandek tagħżel lill-membri parlamentari li jirriflettu l-opinjoni tiegħek dwar kif għandhom jiġu affrontati dawn l-isfidi attwali" ikkonkluda l-President Barroso għaliex l-azzjoni tal-Ewropa ser tħalli impatt fuqek u fuq il-ħajja tiegħek ta' kuljum.