IP/09/ 840 Brussell, it-28 ta' Mejju 2009 Il-programmi u l-films Ewropej jixxandru għal tliet kwarti tal-ħin fl-aktar ħinijiet popolari tax-xandir Il-films u l-programmi televiżivi "made in Europe" baqgħu jiġbdu t-telespettaturi Ewropej. Skont studju indipendenti, imqabbad mill-Kummissjoni Ewropea u ppubblikat illum, ix-xogħlijiet Ewropej jirrappreżentaw madwar tliet kwarti tax-xandir fl-aktar ħinijiet popolari fuq l-istazzjonijiet televiżivi Ewropej. Il-preżenza ta’ xogħlijiet Ewropej fuq mezzi ġodda tax-xandir, bħall-video on demand, hija inkoraġġanti, imma l-konformità tagħha mar-regoli awdjoviżivi l-ġodda tal-Ewropa tesiġi monitoraġġ strett. Dawn ir-regoli, maħsuba biex jiżguraw ix-xandir ta’ xogħlijiet Ewropej, tlestew fl-2007 permezz ta’ miżuri speċifiċi għall-mezzi l-ġodda tax-xandir, li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kollha qabel Diċembru 2009 ( IP/08/2032 ). "Ninsab kuntent bl-interess tat-telespettaturi fix-xogħlijiet Ewropej. Dan juri li d-diversità Ewropea, imrawma permezz tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni Ewropea, hija valur komuni għall-maġġoranza kbira ħafna taċ-ċittadini Ewropej." qal Jacques Barrot, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewrop ea u attwalment ukoll il-Kummissarju inkarigat mis-soċjetà tal-informazzjoni u tal-midja. "Imma jien konvint li nistgħu mmorru aħjar minn hekk u nkomplu nżidu fix-xandir tax-xogħlijiet tagħna. B’mod partikolari għandna nutilizzaw il-potenzjal tas-servizzi biex nissodisfaw it-talba għall-promozzjoni tal-kontenut lokali u Ewropew fl-Ewropa kollha kemm hi, u b’hekk niffavorixxu d-diversità kulturali u l-produzzjoni indipendenti.” L-istudju ppubblikat illum ikejjel għall-ewwel darba l-ħinijiet li jqattgħu t-telespettaturi meta jsegwu l-programmi Ewropej. L-istudji preċedenti kejlu biss ir-rendiment għal partijiet mill-iskeda tal-programmi. Minn dan l-istudju jirriżulta li l-programmi u l-films Ewropej u dawk indipendenti huma popolari ħafna. Fl-2007, ix-xandiriet u l-films Ewropej irrappreżentaw 74% tal-ħin li fih jissegwa x-xandir , u 75.5% bejn is-18h u l-23h, 33.4% tal-ħin li fih l-Ewropej isegwu x-xandir kien allokat għal produzzjonijiet Ewropej indipendenti. Il-maġġoranza tas-servizzi tal- video on demand tal-istazzjonijiet televiżivi joffru kontenut kważi għal kollox Ewropew: aktar minn 90% tal-istazzjonijiet televiżivi li ħadu sehem fl-istudju indikaw li proporzjon ta’ aktar minn 75% tal-katalgi tagħhom għad-domanda huwa Ewropew. Min-naħa l-oħra, is-servizzi tal-video on demand indipendenti jippromwovu ferm inqas il-produzzjonijiet Ewropej: fil-fatt 25% jiddikjaraw li joffru inqas minn 25% tal-ħin f'xandir Ewropew fil-katalgi tagħhom. Għalhekk huwa importanti li l-iżvilupp tal-offerti tal-video on demand fl-UE jiġi sorveljat, sabiex tiġi appoġġata l-promozzjoni ta’ kontenut kulturalment varjat. L-istudju, li huwa bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-istazzjonijiet televiżivi u servizzi assoċjati fl-Ewropa kollha, ġie mqabbad mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li tiġi analizzata l-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej mill-istazzjonijiet televiżivi u tas-servizzi on demand, fi 30 pajjiż, kif mitlub mir-regoli awdjoviżivi Ewropej ( MEMO/08/803 ). L-istudju jipproponi wkoll metodi ta’ evalwazzjoni tal-preżenza tal-kontenut Ewropew u tal-investiment fih mis-servizzi tal-video on demand. Fl-aħħar mill-aħħar, hija tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-fornituri tas-servizzi on demand biex jiddefinixxu linji gwida sabiex tiġi mkejla l-importanza tal-kontenut "made in Europe" fl-ambjent tas-servizz on demand. Sfond Skont id-Direttiva “Televiżjoni mingħajr fruntieri” tal-1989, ix-xandara Ewropej huma obbligati jallokaw il-maġġoranza tal-ħin tax-xandir tagħhom għal xogħlijiet Ewropej u għallinqas 10% minn dan il-ħin għandhom jallokawh għax-xandir ta' produzzjonijiet Ewropej indipendenti. Fl-2007, l-ambitu ta’ din id-Direttiva ġie estiż għas-servizzi on demand mid-Direttiva dwar is-"Servizzi awdjoviżivi tal-midja" F’konformità mad-Direttiva l-ġdida, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżivi on demand, jippromwovu, fejn huwa prattikabbli u b'mezzi xierqa, il-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, kif ukoll l-aċċess għal dawn ix-xogħlijiet. Diversi mezzi jistgħu jikkontibwixxu għal dan l-għan, partikolarment investimenti fil-produzzjoni u l-akkwist tad-drittijiet għax-xogħlijiet Ewropej, inkella l-allokazzjoni ta’ proporzjon adegwata jew importanti ta’ xogħlijiet bħal dawn fil-katalgi tal-video on demand ( MEMO/08/803 ). L-istudju indipendenti, ippubblikat illum, iżid dimensjoni esterna għar-rapport bjennali stabbilit mill-Kummissjoni fuq ir-rispett ta' dawn l-obbligi mill-Istati Membri, abbażi ta' tagħrif ipprovdut minn dawn tal-aħħar. L-istudju twettaq għall-Kummissjoni minn Attentional Limited, Oliver & Ohlbaum Associés, Ramboll Management u Headway International. L-aħħar rapport mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu 2005-2006, ġie ppublikat f’Lulju 2008 ( IP/08/1207 ). Ir-rapport li jmiss, għall-2007-2008, se jiġi ppubblikat fl-2010. L-istudju jinsab fuq: http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#eurworks Annex: Extracts from the study published today 1 full text: http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#eurworks Channels still standing below the 50% European works requirement Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Sanctions in the Member States for non-compliance with 50% European works requirement Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Channel programme spend allocation (2007) Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Source of acquired programmes Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED European formats broadcast in the United States Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Types of programming offered on the broadcasters' on-demand services (2007) Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Video on demand services across the EU Member States Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED 1 : The views expressed in the study are those of the authors. The report does not necessarily reflect the views of the European Commission, nor does the European Commission accept responsibility for the accuracy of the information contained herein.