IP/09/842 Brussell, it-28 ta' Mejju 2009 Ikel u xorb: Il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex nieħdu kemm nistgħu mill-iskemi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-kwalità Neħtieġu azzjoni biex intejbu l-komunikazzjoni dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli, sabiex nerġgħu ngħaqqdu lill-bdiewa u lill-konsumaturi. L-iskemi tat-tikkettjar dwar il-kwalità wkoll għandhom ikunu eħfef biex in-nies jużawhom u jifhmuhom u l-politika tal-UE trid tkun aktar koerenti. Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, dwar il-politika tal-kwalità tal-prodotti agrikoli,li ġiet adottata llum. Il-bdiewa tal-UE jissodisfaw xi wħud mill-aktar rekwiżiti agrikoli stretti fid-dinja fir-rigward tal-ħarsien ambjentali, il-benesseri tal-annimali u l-użu tal-pestiċidi u l-mediċini veterinarji. Barra minn hekk, jużaw l-għarfien espert u l-ħila tagħhom biex jagħtu kwalitajiet individwali lill-prodotti tagħhom li jżidulhom il-valur. Iżda l-bdiewa jaqilgħu kemm jixirqilhom għall-isforzi tagħhom? Il-konsumaturi jirċievu informazzjoni preċiża dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja? “Is-settur tal-UE tal-agrikoltura u l-ikel għandu reputazzjoni ferm mistħoqqa għall-kwalità tajba, bis-saħħa ta’ għexieren ta’ snin, saħansitra sekli, ta’ impenn għall-eċċellenza," qalet Mariann Fischer Boel, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. “Il-bdiewa tagħna għandhom jibnu fuq din ir-reputazzjoni biex isostnu l-kompetittività tagħhom. Jeħtieġ li jikkomunikaw b’mod aħjar mal-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti tagħhom. L-UE hija lesta li tgħin f’dan l-isforz. Għandna opportunità liema bħalha biex inġibu aktar koerenza u sempliċità fl-iskemi tagħna ta’ tikkettjar u ċertifikazzjoni.” Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni b’mod partiko lari tipproni li: Jiġi estiż it-tikkettjar li jidentifika l-post li fih ġie kkoltivat il-prodott agrikolu; Tiġi e żaminata l-fattibbiltà li jiġu stabbiliti termini riżervati speċifiċi fakultattivi għal ‘prodott tal-biedja tal-muntanji’ u ‘prodott tradizzjonali’. Dan tal-aħħar jista’ jieħu lok l-iskema attwali ‘speċjalitajiet tradizzjonali garantiti’ Jinħoloq reġistru uniku għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha (għall-inbejjed, xorb irqiq u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel) filwaqt li jiġu ppriżervati l-punti speċifiċi ta’ kull sistema. Jittejjeb is-suq uniku għall-prodotti fl-iskemi tat-tikkettjar, partikolarment għall-prodotti organiċi. Jittejjeb il-ħarsien internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u jsir kontribut għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-prodotti organiċi. Jiġu żviluppati linji gwida ta’ ‘prattiki tajbin’ għall-iskemi privati ta’ ċertifikazzjoni sabiex jitnaqqas il-potenzjal li l-konsumaturi jitfixklu u titnaqqas il-burokrazij a għall-bdiewa. Sfond Il-Komunikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ 560 kontribut li daħlu b’risposta għall- Green Paper ta’ Ottubru 2008 tal-Kummissjoni dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, u kontributi mill-konferenza ta’ Livell Għoli organizzata mill-Presidenza Ċeka f’Marzu 2009. L- istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni agrikoli u d-direttivi huma l-qofol għall-kummerċ ġust u essenzjali biex jiġi evitat il-qerq bil-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti. Jiżguraw identitajiet bażiċi tal-prodotti (x’jista’ jissejjaħ ‘butir’?); klassifikazzjonijiet tal-prodotti (x’inhu l-kontenut minimu ta’ xaħam tal-“ħalib nofsu xkumat”?)’ u definizzjonijiet ta’ termini ‘riżervati’ li jżidu l-valur (x’jikkwalifika bħala żejt taż-żebbuġa ‘magħsur kiesaħ’?); u jistabbilixxu rekwiżiti għat-tikkettjar skont l-oriġini u l-post tal-biedja. L- iskemi tal-indikazzjonijiet Ġeografiċi iħeġġu l-produzzjoni agrikola ta’ kwalità għolja, iħarsu l-ismijiet ta’ prodotti ta’ valur minn użijiet ħżiena u imitazzjonijiet, u jgħinu lill-konsumaturi billi jagħtuhom informazzjoni dwar il-karattru speċifiku tal-prodotti. Ġew irreġistrati madwar 3000 isem ta’ inbejjed, xorb irqiq u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel. STG (speċjalità tradizzjonali garantita) tenfasizza karattru tradizzjonali, fil-kompożizzjoni tal-prodott jew bil-mod li bih isir. Taħt l-iskema attwali ġew irreġistrati biss 20 isem. Biedja organika: Il-Kummissjoni trid li jintemm ix-xkiel għall-kummerċ fis-suq uniku minn standards nazzjonali diverġenti. Il-logo il-ġdid għall-prodotti organiċi, li qiegħed jiġi żviluppat bħalissa (ara IP/09/640 ), u li se japplika b’mod obbligatorju għall-prodotti tal-UE mill-1 ta’ Lulju 2010, għandu jgħin f’dan il-proċess. Skemi ta’ ċertifikazzjoni: Skemi privati u nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni jagħtu garanzija li ċerti aspetti tal-prodott jew il-metodu tal-produzzjoni tiegħu, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ikunu ġew osservati. Minkejja xi problemi (eż. theddidiet lis-suq uniku, konfużjoni potenzjali tal-konsumaturi u skemi duplikattivi), il-partijiet interessati qegħdin jieħdu passi biex jindirizzawhom – u għalhekk il-Kummissjoni ma tarax il-ħtieġa għal-leġiżlazzjoni f’dan il-waqt. http://ec.europa.eu/agriculture/quality/policy/communication_en.htm