IP/09/891 Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2009 Il-Kummissarju Reding tilqa’ l-Karta Ewropea l-ġdida dwar il-Libertà tal-Istampa Il-Kummissarju Viviane Reding illum iltaqgħet mal-editur kap tar-rivista Ġermaniża Stern, is-Sur Hans-Ulrich Jörges, li kien hu li ta l-ewwel spinta għall-Karta Ewropea dwar il-Libertà tal-Istampa. Il-Karta ffirmawha fil-25 ta’ Mejju 48 ġurnalist Ewropew minn 19-il pajjiż, biex iħarsu l-istampa mill-indħil tal-gvernijiet u biex jiżguraw li l-ġurnalisti jkollhom aċċess għas-sorsi tal-informazzjoni. Is-Sur Jorges ippreżenta din l-ewwel Karta Ewropea dwar il-Liberta tal-Istampa, li tfassal il-valuri prinċipali li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jirrispettaw meta jkollhom x’jaqsmu mal-ġurnalisti, lill-Kummissarju Viviane Reding, li laqgħet l-adozzjoni tagħha min-naħa tal-ġurnalisti. “Il-Karta Ewropea dwar il-Libertà tal-Istampa varata mill-komunità tal-ġurnalisti Ewropej hija affermazzjoni importanti tal-valuri bażiċi, fosthom il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, li jserrħu fuqhom it-tradizzjonijiet demokratiċi tal-Ewropa u li huma inkwadrati f’testi legali fundamentali. Tfakkarna wkoll li, biex tassew ikollna libertà tal-istampa, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom rwol x’jaqdu: jeħtieġ li jkunu lesti jħarsu l-libertà tal-espressjoni u jrawmu l-iżvilupp tagħha ,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju Ewropew għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. “Il-Karta għaldaqstant hija pass importanti biex jissaħħu dawn il-valuri u drittijiet bażiċi, li l-ġurnalisti jistgħu jappellaw għalihom kontra l-gvernijiet jew l-awtoritajiet pubbliċi kull meta jħossu li l-libertà ta’ ħidmiethom tkun mhedda bla ġustifikazzjoni.” Is-Sur Hans-Ulrich Jörges żied jgħid: “Aħna grati ħafna lejn Viviane Reding tal-appoġġ li tat, mill-ewwel u bla kundizzjonijiet, għall-Karta Ewropea dwar il-Libertà tal-Istampa. Nassumu għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea hija stess sejra tirrispetta din il-Karta, u li sejra tgħin biex tingħata valur fl-Ewropa kollha kemm hi. Nesprimu wkoll l-istennija tagħna li, lill-pajjiżi kandidati għad-dħul fl-UE, ir-rikonoxximent tal-Karta jsirilhom kundizzjoni f’negozjati futuri dwar tkabbir tal-Unjoni. Il-mira ewlenija tal-Karta hija li l-Ewropa fl-aħħar tingħaqad anki mil-lat ġurnalistiku, u li l-kollegi kollha tal-istampa jkunu jistgħu jinsistu fuq il-prinċipji fundamentali tal-Karta meta l-libertà tal-istampa tisfa mittiefsa. " L-għaxar artikli tal-Karta jiddeskrivu prinċipji bażiċi li l-gvernijiet jeħtiġilhom iħarsu meta jkollhom x’jaqsmu mal-ġurnalisti, bħalma huma l-projbizzjoni taċ-ċensura, l-aċċess ħieles għal sorsi tal-midja nazzjonali u barranin u l-libertà tal-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni. Il-Karta tenfasizza wkoll il-protezzjoni tal-ġurnalisti kontra li xi ħadd jispjuna fuqhom, u ssejjaħ biex ikun hemm sistema ġudizzjarja effikaċi li tissalvagwardja d-drittijiet tal-ġurnalisti (ara t-test sħiħ tal-Karta fl-Anness). Sal-lum, il-Karta teżisti bi tmien lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, id-Daniż, il-Kroat, ir-Russu, il-Pollakk u r-Rumen), u hija disponibbli fl-internet biex ikunu jistgħu jiffirmawha ġurnalisti interessati. l-idea tal-Karta dwar il-Libertà tal-Istampa nibtet fl-2007, waqt laqgħa bejn il-Kumissarju Reding, is-Sur Jörges u edituri kapijiet oħra ta’ gazzetti Ewropej ( IP/07/713 ) . It- Task Force tal-Kummissjoni għall-Midja ilha mill-2005 torganizza kull sena djalogi f’livell għoli bejn l-istampa u l-Kummissjoni dwar diversi suġġetti (ara wkoll IP/05/1164 , IP/06/1445 u IP/08/1091 ). It-Task Force għandha l-kompitu li tgħarbel dak kollu li tipproduċi l-Kummissjoni biex tiżgura li l-inizjattivi tagħha ma jxellfux aċċidentalment il-libertà editorjali jew kummerċjali tal-istampa. il-Karta dwar il-Libertà tal-Istampa hija riżultat konkret ta’ dawn id-diskussjonijiet siewja bejn diversi midja u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Karta Ewropea dwar il-Libertà tal-Istampa, flimkien mal-lista tal-firmatarji tagħha, hija disponibbli fis-sit: http://www.pressfreedom.eu Annex European Charter on Freedom of the Press Article 1 Freedom of the press is essential to a democratic society. To uphold and protect it, and to respect its diversity and its political, social and cultural missions, is the mandate of all governments. Article 2 Censorship is impermissible. Independent journalism in all media is free of persecution and repression, without a guarantee of political or regulatory interference by government. Press and online media shall not be subject to state licensing. Article 3 The right of journalists and media to gather and disseminate information and opinions must not be threatened, restricted or made subject to punishment. Article 4 The protection of journalistic sources shall be strictly upheld. Surveillance of, electronic eavesdropping on or searches of newsrooms, private rooms or journalists’ computers with the aim of identifying sources of information or infringing on editorial confidentiality are unacceptable. Article 5 All states must ensure that the media have the full protection of the law and the authorities while carrying out their role. This applies in particular to defending journalists and their employees from harassment and/or physical attack. Threats to or violations of these rights must be carefully investigated and punished by the judiciary. Article 6 The economic livelihood of the media must not be endangered by the state or by state-controlled institutions. The threat of economic sanctions is also unacceptable. Private-sector companies must respect the journalistic freedom of the media. They shall neither exert pressure on journalistic content nor attempt to mix commercial content with journalistic content. Article 7 State or state-controlled institutions shall not hinder the freedom of access of the media and journalists to information. They have a duty to support them in their mandate to provide information. Article 8 Media and journalists have a right to unimpeded access to all news and information sources, including those from abroad. For their reporting, foreign journalists should be provided with visas, accreditation and other required documents without delay. Article 9 The public of any state shall be granted free access to all national and foreign media and sources of information. Article 10 The government shall not restrict entry into the profession of journalism.