IP/09/ 1043 Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2009 26 ta’ Ġunju 2009 – Il-Jum Internazzjonali tad-Drogi – tnedija tal-Azzjoni Ewropea dwar id-Drogi Kont taf li fl-UE madwar 12-il miljun persuna jużaw il-kokaina, jew użawha f'xi perjodu matul ħajjithom? Kont taf li bħala medja cittadin tal-UE imut kull siegħa kawża ta’doża eċċessiva ta’ droga? Kont taf li kull sena fl-Ewropa jmutu bejn 7 000 u 8 000 minħabba d-droga? Iffaċċata b’din il-problema serja tad-droga il-Kummissjoni Ewropea llum nediet inizjattiva ġdida ta’ kuxjenza u informazzjoni "AZZJONI EWROPEA DWAR ID-DROGI" AED, bit-tir ewlieni tagħha li tkun mobilizzata s-soċjetà u titqajjem kuxjenza dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea. L-għan tal-AED hu li tibni fuq il-prinċipju ta' ‘responsabbilità kondiviża', u tinkoraġġixxi lil kulħadd – kemm gruppi kif ukoll individwi, jew profesjonisti, jew biss kull membru tas-soċjetà – biex jiffirma wiegħda u jerfa' impenn li jindirizza l-problema tad-drogi b'xi mod. Illum, is-Sur Barrot, Viċi-President tal-Kummissjoni, fil-preżenza tas-Sur Nikos Aliagas, ġurnalist/stilla tat-televiżjoni u Jerzy Owsiak ġurnalist/promotur soċjali, uffiċċjalment nieda l-AED waqt avveniment importanti ħafna bil-pateċipazzjoni ta’ madwar 120 interessat mill-UE. Il-Viċi-President Jacques Barrot, il-Kummissarju responsabbli għal-Libertà, il-Ġustizzja u s-Sigurtà qal: “Illi nħeġġu organizzazzjonijiet u ċittadini Ewropej biex jieħdu rwol attiv, hija waħda mill-prioritajiet iddikjarati fil-Pjan ta’ Azzjoni ġdida TAL-UE dwar id-Drogi(2009-2012), li minnu l-AED hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin. Bl-AED, qed nersqu lejn l-Ewropej fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, billi nipprovduhom bil-mezzi biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jimpenjaw ruħhom għall-azzjoni” Illum, 21 organizzazzjoni u persuni iffirmaw biex jidħlu għall-impenn tal-AED: Association des Parents d'Elèves de l'Ecole Européenne de Bruxelles I (il-Belġju) Cyprus Anti-drugs Council (Ċipru) ETHIAS (il-Belġju) FESAT – Fondazzjoni Ewropea tal-Linji tat-Telefon għall-Għajnuna dwar id-Droga (UE) FNAPT- Fédéra tion Nationale de Prévention Toxicomanies (Franza) Fondazione Villa Maraini (l-Italja) Foundation la Caixa (Spanja) Foundation WOSP - the Great Orchestra of Christmas Charity Foundation- Jerzy Owsiak (il-Polonja) FPAT – Portuguese Federation of Social Institution connected to the Prevention of Drug Addiction (il-Portugall) ICOS – Kunsill Internazzjonali dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp (UE) Le Phare, familles face à la drogue (Franza) London Drug Policy Forum (ir-Renju Unit) Municipal Council on Drug Addiction, Blagoevgrad (il-Bulgarija) Peitenger Jugendhaus-ASBL (il-Lussemburgu) PREV CENTRUM (Ir-Repubblika Ċeka) PREVNET (l-UE) Qrendi Scout Group (Malta) TIIMI Magazine (il-Finlandja) YSPDB-Youth Society for Peace and Development of the Balkans (il-Bulgarija) "WOCAD" Women's Organisations Committee on Alcohol and Drug issues" (l-Isvezja) EMCDDA – Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi Mil-lum individwi Ewropej u organizzazzjonijiet għandhom l-opportunità biex jgħamlu użu mill-AED, b'hekk iżiedu dimensjoni Ewropea u viżibiltà fix-xogħol tagħhom, billi jesploraw kif l-attivitajiet ta' kuljum tagħhom, ir-responsabilitajiet soċjali u l-ambjent jistgħu jżidu l-kuxjenza u l-impenn dwar id-drogi u r-riskju relatat mal-abbuż tad-droga. Azzjonijiet speċifiċi u kreattivi fi kwalunkwe livell mal-Ewropa kollha li jinfluwenzaw pożittivament mġieba relatata mad-droga, jew jiġġeneraw kuxjenza ikbar tad-drogi u tal-perikoli mill-abbuż tagħhom huma milqugħa tajjeb mill-Kummissjoni Ewropea fuq www.action-drugs.eu . Għal iktar tagħrif dwar il-ħidma tal-Viċi President Barrot jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku tiegħu: http://ec.europa.eu/commission_barroso/barrot/welcome/default_en.htm