IP/09/1238 Brussell, it-18 ta' Awwissu 2009 L-UE tinvesti € 18-il miljun ġodda f'internet mobbli ultrarapidu tal-ġejjieni Mill-1 ta' Jannar 2010, l-UE se tinvesti €18-il miljun fir-riċerka li se jsostnu l-ġenerazzjoni li jmiss tan-netwerks tal-mowbajl 4G. Il-Kummissjoni Ewropea għadha kif iddeċidiet li tibda' l-proċess ta' finanzjament tar-riċerka dwar it-Teknoloġija Avvanzata b'Evoluzzjoni fit-Tul (LTE), li se toffri veloċitajiet tal-internet mobbli sa' mitt darba aktar rapidi min-netwerks 3G attwali. L-LTE qed issir l-ewwel għażla tal-industrija għall-ġenerazzjoni li jmiss tan-netwerks tal-mowbajl, bis-saħħa wkoll tal-finanzjament sostanzjali tal-UE għar-riċerka sa mill-2004. Ħamsa u għoxrin sena ilu, l-Ewropa l-istandard tal-GSM kienet diġà għamlitu l-qofol tat-telefonija tal-mowbajl moderna. Abbażi tar-riċerka konġunta tal-Ewropa u tas-saħħa tas-suq uniku tal-UE, attwalment l-istandard tal-GSM qed jintuża minn 80 % tan-netwerks tal-mowbajl fid-dinja. L-LTE tipprometti li tkun suċċess simili hekk kif ir-riċerka ffinanzjata mill-UE tkompli twassal l-aktar teknoloġija avvanzata fil-ħajjiet ta'kuljum tal-Ewropej. "Permezz tat-teknoliġiji tal-LTE, il-ħiliet tar-riċerka Ewropea se jkomplu jistabbilixxu l-linji għall-iżvilupp ta' servizzi u strumenti tal-mowbajl madwar id-dinja, hekk kif għamilna bl-istandard tal-GSM tul l-aħħar għexieren ta’ snin," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "It-teknoloġiji LTE l-mowbajls se jibdluhom f'kompjuters mobbli u b'saħħithom . Miljuni ta' utenti se jkollhom aċċess għal internet ultrarapidu fuq it-tagħmir mobbli tagħhom, kulfejn ikunu. Dan se joħloq opportunitajiet enormi u ħafna spazju għat-tkabbir tal-ekonomija diġitali." L -Evoluzzjoni fit-Tul (LTE) hija l-aħħar teknoloġija bla fili, li tipprovdi veloċitajiet tal-internet mobbli sa 100 megabits kull sekonda, rata għaxar darbiet aktar rapida min-netwerks tal-mowbajl 3G. Fl-Ewropa, attwalment qed tiġi ppruvata minn operaturi tal-mowbajl fil-Finlandja, il-Ġermanja, in-Norveġja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit u mistennija li tkun disponibbli b'mod kummerċjali fl-Iżvezja u n-Norveġja fl-ewwel nofs tal-2010. Bejn l-2004 u l-2007, l-UE sostniet ir-riċerka dwar l-aħjar użu u l-istandardizzazzjoni tal-LTE (il-proġetti WINNER I u II, immexxija minn konsorzju ta' 41 kumpanija u università ewlenija fl-Ewropa).b'€25 miljun. Din wasslet għall-iżvilupp tal-ewwel kunċett għal infrastruttura ta' netwerk ibbażata fuq l-LTE. Ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tibda tinvesti €18-il miljun oħra fir-riċerka dwar il-verżjoni mtejba tal-LTE, l- LTE Avvanzata . F'Settembru, il-Kummissjoni se tibda tinnegozja d–dettalji mal-konsorzji tal-proġett, fosthom dak ewlieni ARTIST4G li jibni fuq il-kisbiet tal-proġetti WINNER u jiġbor flimkien l-industrija u r-riċerkaturi tal-4G mill-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-proġetti l-ġodda mistennija li jibdew f'Jannar 2010. Il-Kummissjoni Ewropea tara potenzjal qawwi fl-implimentazzjoni tat-teknoloġija tal-LTE u l-LTE Avvanzata: L-LTE se tagħti spinta lill-kapaċitajiet tal-operaturi tan-netwerk, u tippermettilhom li jipprovdu broadband tal-mowbajl aktar rapidu lil għadd akbar ta' utenti bi prezzijiet irħas, li jġibu magħhom rivoluzzjoni tas-suq Ewropew tat-telekomunikazzjonijiet bil-mowbajl. L-LTE Avvanzata l-veloċitajiet tal-broadband mobbli se ttellagħhom sa 1 gigabit (elf megabit) kull sekonda, biex b'hekk tippermetti lill-utenti li, ikunu fejn ikunu, jibbenefikaw bis-sħiħ mis-servizzi sofistikati onlajn bħal TV jew vidjo fuq talba ta' kwalità għolja. L-LTE tuża l-ispettru tar-radju b'mod aktar effiċjenti, u lin-netwerks tal-mowbajl tħallihom jibbenefikaw mid-"dividend diġitali" u jużaw il-frekwenzi meħlusa permezz tal-bidla mit-televiżjoni analogu għal dak diġitali ( IP/09/1112 ). Is-sinjali se jivjaġġaw distanzi akbar minn dawk possibbli bit-teknoloġija attwali tal-GSM u jnaqqsu l-għadd ta' siti tal-antenna meħtieġa biex tinkiseb l-istess kopertura tan-netwerk, u b'hekk jitħarsu l-pajsaġġi Ewropej u jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. L-LTE tista' twassal il-broadband mobbli f'reġjuni inqas popolati u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-"qasma diġitali" bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. Fl-aħħar tal-2008, 23 % tal-popolazzjoni fiż-żoni rurali tal-UE ma setgħux jabbonaw għal konnessjoni tal-internet DSL ( IP/09/1221 ). L-operaturi u l-manufatturi ewlenin madwar id-dinja bħal Orange, TeliaSonera, T-Mobile, AT&T, NTT-DoCoMo, Verizon, Alcatel-Lucent, Ericsson, Huawei u Nokia Siemens Networks diġà huma impenjati li jużaw l-istandard tal-LTE. Sal-2013, l-operaturi madwar id-dinja kollha mistennija jinvestu kważi €6 biljun ($8.6 biljun) f'tagħmir tal-LTE, skont l-analisti tas-suq. Sfond Is-suċċess dinji tal-istandard tal-GSM inkiseb permezz ta' kollaborazzjoni mill-qrib pan-Ewropea bejn l-industrija, ir-riċerkaturi u r-regolaturi. Fis-snin tmenin, l-istandardizzazzjoni tal-GSM inġiebet 'il quddiem permezz tal-istrument tal-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija, prekursur tal-programmi attwali ta' riċerka tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-proġett tal-GSM, u fl-1987 l-pajjiżi Ewropej qablu dwar proposta tal-Kummissjoni li l-medda ta' 900 Mhz tiġi riservata għas-servizzi tal-GSM, u b'hekk wittew it-triq għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija tal-GSM mal-Ewropa kollha. F'Lulju 2009, l-Istati Membri segwew lill-Parlament Ewropew fl-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għall-aġġornament tad-Direttiva dwar il-GSM tal-1987, li wasslet għad-disponibbiltà tal-medda ta' 900 Mhz għal teknoloġiji oħra, fosthom l-LTE ( IP/09/1192 ). Kollox ma' kollox, bejn l-2007-2013, l-UE se tinvesti aktar minn €700 milljun fir-riċerka dwar netwerks tal-ġejjieni, nofshom se jiġu allokati lit-teknoloġiji bla fili li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerks 4G u lil hinn minnhom. Ir-riċerka tal-UE dwar in-netwerks tal-ġejjieni u l-LTE: http://cordis.europa.eu/fp7/ict/future-networks/ Il-proġett 'Wireless World Initiative New Radio' (WINNER) iffinanzjat mill-UE http://www.ist-winner.org Annex LTE compared to previous mobile internet technologies Faster mobile broadband: Peak download speeds, in megabits per second Better user experience: Time it takes data to travel from user to main server and back, in milliseconds Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Operator commitments to LTE Country Operator Anticipated LTE service launch France Orange 2011-12 Germany T-Mobile 2011 Ireland Hutchison 3 2011 Italy Telecom Italia Not known Spain Telefonica O2 2011 Sweden TeliaSonera 2010 Sweden Tele2 Sweden 2010 Sweden Telenor Sweden 2010 Various Vodafone Not known Australia Telstra Not known Canada Telus 2010 Canada Bell Canada 2010 Canada Rogers Wireless 2010-11 China China Mobile 2011 China China Telecom 2011-12 Hong Kong SmarTone-Vodafone Not known Hong Kong HK CSL Ltd Not known Hong Kong PCCW Not known Japan NTT DoCoMo 2010 Japan KDDI 2010 New Zealand Telecom NZ 2011-12 Norway TeliaSonera 2010 Philippines Piltel Not known South Korea SK Telecom Not known South Korea KTF Not known USA Verizon 2010 USA MetroPCS 2010 USA CenturyTel 2010 USA Aircell 2011 USA Cox 2011 USA AT&T Mobility 2011 Source: Global mobile Suppliers Association, April 2009. LTE Long Term Evolution (LTE) is the next step from current mobile technologies, such as 3G/WCDMA & HSPA. This new radio access technology will be optimized to deliver very fast data speeds of up to 100Mb/s when downloading and 50Mb/s for uploading. Designed to be backwards-compatible with GSM and HSPA, LTE incorporates Multiple In Multiple Out (MIMO) in combination with Orthogonal Frequency Division Multiple Access (OFDMA) in the downlink and Single Carrier FDMA in the uplink to provide high levels of spectral efficiency and end user data rates exceeding 100 Mb/s, coupled with major improvements in capacity and reductions in latency. LTE will support channel bandwidths from 1.25 MHz to 20 MHz and both FDD and TDD operation. LTE-Advanced LTE-Advanced extends the technological principles behind LTE into a further step change in data rates. Incorporating higher order MIMO (4x4 and beyond) and allowing multiple carriers to be bonded together into a single stream, target peak data rates of 1Gbps have been set. LTE-Advanced also intends to use a number of further innovations including the ability to use non-contiguous frequency ranges, with the intent that this will alleviate frequency range issues in an increasingly crowded spectrum, self back-hauling base station and full incorporation of Femto cells using Self-Organising Network techniques. LTE-Advanced will be 3GPP ’s technology as a candidate for the ITU-R IMT-Advanced process, which is intended to identify ‘4G’ technologies.