IP/09/1334 Brussell, it-18 ta' Settembru 2009 Iċ-ċinema Ewropea timla d-dinja: 40 proġett internazzjonali ta' kooperazzjoni ċinematografika jirċievu għajnuna ta' EUR 5 miljun mill-UE Illum, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret finanzjament ta' EUR 5 miljun għas-sena 2009, għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali u kummerċjali bejn l-industrija Ewropea tal-films u bejn ċineasti f'pajjiżi terzi. Bis-saħħa tal-finanzjament mill-UE, ċineasti, animaturi u professjonali oħra tal-qasam awdjoviżiv se jkollhom l-opportunità biex jitgħallmu ħiliet ġodda, filwaqt li tkompli titrawwem l-industrija tal-films permezz tal-kooperazzjoni ma' professjonali lil hinn mill-Ewropa. 40 proġett se jgawdu mill-finanzjament tal-UE, fosthom proġetti ta' taħriġ konġunt, promozzjoni reċiproka, distribuzzjoni u wiri ta' films, kif ukoll miżuri oħra biex l-udjenzi tal-Ewropa u lil hinn jitħeġġew jiskopru films barranin. Il-finanzjament isir fil-qafas ta' MEDIA International, inizjattiva tal-UE li bdiet fl-2008 għall-finanzjament tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ċinematografiku. Imqabbel mal-2008, il-finanzjament u l-għadd ta' proġetti għal din is-sena żdiedu aktar mid-doppju (is-sena li għaddiet 18-il proġett ġew iffinanzjati b'EUR 2 miljun mill-UE, IP/08/1273 ). Dan kien possibbli bis-saħħa tal-vot tal-Parlament Ewropew f'Diċembru li għadda, favur li jiżdied il-baġit għall-kooperazzjoni internazzjonali fis-settur tal-films. "L-Ewropa għandha settur tal-films eċitanti, innovativ u ta' diversità kulturali wiesgħa, settur ħerqan biex jaqsam l-għarfien tiegħu ma' professjonali awdjoviżivi minn naħat oħra tad-dinja, u fl-istess ħin jitgħallem minnhom u jqis sfondi u esperjenzi kulturali differenti" qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Midja. " Il-5 miljun ewro li tħabbru llum għall-finanzjament ta' proġetti juru l-impenn imkattar tal-UE biex iġġib 'il quddiem l-industriji awdjoviżivi Ewropej f'kuntest internazzjonali. Niżżi ħajr partikularment lill-Parlament Ewropew għad-deċiżjonijiet tiegħu, li jixħtu dawl fuq l-importanza tal-kooperazzjoni transkonfinali u tad-diversità kulturali fis-settur tal-films tal-Ewropa u tal-pajjiżi sħabna. " Bil-għan li ssaħħaħ il-firxa globali tas-settur Ewropew tal-films, il-Kummissjoni Ewropea llum ħabbret l-40 proġett magħżula mill-95 applikazzjoni għall-finanzjament fil-qafas ta' MEDIA International, miżura ta' finanzjament tal-UE fuq medda ta' tliet snin (2008-2010). F'Diċembru li għadda, il-Parlament Ewropew ivvota favur baġit ikbar ta' EUR 5 miljun għas-sena 2009. L-aħbar tal-lum hija l-bidu ta' sensiela ta' sforzi intensifikati tal-UE biex iżżid l-għażla tal-konsumaturi billi ġġib films aktar diversi fis-swieq Ewropej u internazzjonali, kif ukoll biex toħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda għal professjonali awdjoviżivi mill-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Se jiġu ffinanzjati 23 proġett ta' taħriġ , partenarjati bejn professjonali Ewropej u globali biex jissaħħaħ l-għarfien tal-kundizzjonijiet ta' funzjonament, l-oqfsa legali u l-iffinanzjar tas-swieq awjdoviżivi barranin. Il-proġett Babylon International, pereżempju, se jorganizza workshops f'kooperazzjoni ma' pajjiżi tal-Afrika tal-Punent. Ġew iffinanzjati wkoll għaxar proġetti ta' għajnuna biex xogħlijiet awdjoviżivi jsibu aċċess għas-swieq internazzjonali u aktar opportunitajiet għad-distribuzzjoni . Fosthom, Producers Lab Toronto se jkompli jibni fuq ir-rabtiet tiegħu mal-Festival Internazzjonali tal-Films ta' Toronto sabiex iwitti toroq ġodda għal produtturi emerġenti Ewropej u Kanadiżi bi proġetti f'saħħithom immirati għall-koproduzzjoni internazzjonali. L-UE qed tappoġġja wkoll 4 proġetti għad-distribuzzjoni ta' films Ewropej f'pajjiżi terzi u bil-maqlub. B'mod partikulari, Ventana Sur se jiftaħ suq ewlieni ġdid tal-films għal produzzjonijiet tal-Amerika Latina fi Buenos Aires, bis-saħħa tal-kooperazzjoni bejn l-Instituto Nacional de Cine y Artes Audiovisuales tal-Arġentina u s-Suq Internazzjonali tal-Films ta' Cannes. Barra minn hekk, l-UE qed tappoġġja wkoll lil Europa Cinemas , netwerk ta' 342 sala tal-films fl-Ewropa u 183 f'pajjiżi terzi għall-wiri ta' films mill-Ewropa, il-Mediterran, l-Ażja u l-Amerika Latina. Fl-aħħar nett, MEDIA International se tappoġġja żewġ proġetti bil-għan li jżidu l-udjenza potenzjali għall-films barranin. Wieħed minnhom, imsejjaħ Operation Kino, se juża projettur diġitali itineranti biex iwassal films Ewropej u internazzjonali f'żoni fejn iċ-ċinema bilkemm għandha preżenza. Sfond: L-azzjoni ta' tħejjija ta' MEDIA International ġiet miftiehma mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-2007 sabiex twitti t-triq għall-programm il-ġdid ta' MEDIA MUNDUS. Dan il-programm ġdid tal-UE għall-kooperazzjoni ċinematografika internazzjonali se jsir fil-perjodu 2011-2013, u għandu jipprovdi finanzjament ta' EUR 15 miljun bil-għan li jiġu sfruttati safejn possibbli l-interess dejjem jiżdied u l-opportunitajiet offruti mill-kooperazzjoni globali tal-industrija awdjoviżiva tal-UE ( IP/09/26 ). Fl-Ewropa, il-programm attwali MEDIA 2007 se jipprovdi EUR 755 miljun lill-industrija awdjoviżiva Ewropea matul il-perjodu 2007-2013, biex jgħin lill-professjonali Ewropej jitħarrġu u jiżviluppaw, jiddistribwixxu u jippromwovu x-xogħlijiet tagħhom madwar l-Ewropa ( IP/07/169 ). Tul l-aħħar snin, bosta films iffinanzjati mill-programm MEDIA u prodotti fl-Ewropa wrew is-suċċess ta' dan l-investiment bir-rebħ ta' premji prestiġjużi, fosthom, fil-Festival tal-Films ta' Cannes, il-Palme d'Or ( Entre Les Murs, Franza ) u l-Grand Prix du Jury ( Gomorra, L-Italja ) ( IP/08/8 ), kif ukoll Oscars għal The Counterfeiters ( Die Fälscher, L-Awstrija-Il-Ġermanja ), La Vie en Rose ( La Môme, Franza ) ( IP/08/298 ), u aktar riċentement Slumdog Millionaire (Ir-Renju Unit) ( IP/09/284 ). Lista ta' proġetti appoġġjati s'issa mill-programm MEDIA International: http://ec.europa.eu/information_society/media/overview/international/projects/index_en.htm Dwar MEDIA MUNDUS: http://ec.europa.eu/information_society/media/mundus/index_en.htm RESULTS OF 2 nd CALL MEDIA INTERNATIONAL PREPARATORY ACTION 2009 List of selected projects Lot 1 – Training N° Acronyme Coordinator Partners in third countries Allocated Community Support 01.2.01 DCM ASIA-PACIFIC Documentary Campus GER n.a. 50.000 01.2.02 ACE-IPA 2 ACE F n.a 35.600 01.2.03 S&P International MG LAB Italia IT n.a 25.000 01.2.04 EURODOC International EURODOC F n.a. 60.000 01.2.06 EAVE FFF EAVE LUX n.a. 16.352 01.2.08 MEGA PLUS Fundacion Cultural Media ES n.a. 30.000 01.3.01 STC 2010 Internationale Filmfestspiele Berlin GER Bosnia 20.000 01.3.02 AJ B-CAMPUS ACE Ateliers du Cinéma Européen F Japan 60.439 01.3.04 TFL/DIFF/EAVE Dvpt and Co-prod workshops Museo Nazionale del Cinema-Fondazione Maria Adriana Prolo IT Dubai 120.000 01.3.05 BB Huston School of Film IRL Tunisia, Burkina Faso 100.000 01.3.08 Ties that bind-EAVE Asia FVG Film Commission IT Korea 120.000 01.3.09 CARTOON CONNECTION 2010 Association Européenne du Film d'Animation - CARTOON BE Argentina, Australia, Korea 300.000 01.3.10 CSF Confédération internationale des cinémas d'art et d'essai F Chile, Venezuela 110.000 01.3.13 ESoDoc INDIA Zelig Soc. Coop IT India 110.000 01.3.14 Greenhouse Zebra Producciones ES Israel, Turkey 180.000 01.3.16 BDC AGITPROP BG Kosovo, Macedonia 25.000 01.3.19 Co-Pro Europe/ Canada Erich Pommer Institut GER Canada 150.000 01.3.21 EAVE Latin America EAVE LUX Argentina 140.000 01.3.31 Babylon International Scripthouse GER Nigeria 100.000 01.3.32 Tareula II EGEDA ES Brazil, Uruguay 80.000 01.3.37 Dragon Forum 2010 Arkana Studio PL Ukraine 36.318 01.3.39 Traineastfilm Romanian Film Sector Association RO Moldavia, Turkey, Ukraine, Armenia, Russia 90.000 01.3.40 FBS-LA 2010 Fundacion Cultural Media ES Brazil 80.000 TOTAL 2.038.709 List of selected projects Lot 2 - Promotion N° Acronyme Coordinator Partners in third countries Allocated Community Support 02.01 SCS Art Fest BG Bosnia 75.000 02.02 Collab Stichting Filmfestival Rotterdam NL Argentina 25.000 02.04 AIM VALDIVIA ACE Ateliers du Cinéma Européen F Chile 70.000 02.05 CE Warszawska Fundacja Filmova PL Russia 89.925 02.06 Paris Project 2010 Paris Cinema International Film Festival F Korea 50.000 02.08 Producers Lab Toronto European Film Promotion GER Canada 47.600 02.10 ASD Images du Réel F Hong Kong 110.000 02.11 ES/D/DF European Documentary Network DK China 100.000 02.14 WDE Foundation International Documentary Filmfestival Amsterdam NL Canada 70.000 02.19 BE'E MTÜ BE EE Russia 50.000 TOTAL     687.525 List of selected projects Lot 3 - Distribution N° Acronyme Coordinator Partners in third countries Allocated Community Support 03.02 Bridges Europe/Turquey European Film Promotion GER Turkey 60.650 03.05 X2 Celluloid Dreams F USA, Japan 700.000 03.08 Ventana Sur Association française du Festival International du Film F Argentina 250.000 03.10 DOMLA Planeta Med ES Chile, Uruguay 55.000 TOTAL     1.065.650 List of selected project Lot 4 - Screening N° Acronyme Coordinator Partners in third countries Allocated Community Support 04.01 Europa Cinemas International Europa Cinemas F 382 EUR cinemas + 183 third country cinemas 900.000 TOTAL 900.000 Cinemas from third countries covered by Europa Cinemas International Country Number of cinemas Number of screens India 8 36 Malaysia 8 82 Singapore 14 114 Japan 15 49 South Korea 15 83 Mexico 19 53 Costa Rica 1 2 Argentina 22 42 Brazil 28 90 Chile 2 3 Colombia 19 37 Ecuador 2 4 Peru 1 1 Venezuela 10 15 Palestinian Territories 1 2 Algeria 1 1 Egypt 3 27 Israel 3 11 Lebanon 5 23 Morocco 3 4 Syria 1 4 Tunisia 2 3 Total 183 686 List of selected projects Lot 5 - Audiences N° Acronyme Coordinator Partners in third countries Allocated Community Support 05.01 OK Asociatia Pentru Promovarea Filmului Romanesc RO Bosnia, Turkey 140.000 05.05 CinELmotion EAVI B Argentina, Uruguay 128.116 TOTAL 268.116