IP/09/1339 Brussell, 21 ta’ Settembru 2009 Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi Il-Kummissjoni tiċċelebra l-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi ta' din is-sena fis-26 ta' Settembru, għal kważi ġimgħa. Il-qofol se tkun konferenza dwar it-Tagħlim tal-Lingwa minn Eta' Żgħira . Se jkun hemm ukoll inawgurazzjoni tal-Pjattaforma tan-Negozju dwar il-Multilingwiżmu, il-premiere ta' vidjow "Interpré ter pour l'Europe" dwar it-tema ta' "Il-Franċiż, lingwa rari?", konferenza dwar "Kif it-teknoloġija tista' tgħin lit-tradutturi", dibattitu bejn membri tal-Panel dwar il-Multilingwiżmu. Se jkun hemm ukoll attivitajiet multilingwi mmirati speċifikament għat-tfal fi Brussell. Leonard Orban, il-Kummissarju tal-UE għall-Multilingwiżmu, qal: "It-tfal żgħar huma tajbin ħafna meta jiġu biex jitgħallmu l-lingwi u huma akkaniti biex jitgħallmu jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin. Mil-lat xjentifiku, kollox juri li t-tagħlim għandu jibda minn kmieni kemm jista' jkun". Fl-24-25 ta' Settembru, fi Brussell: K onferenza dwar it-Tagħlim tal-Lingwi Minn Eta' Żgħira, fejn se jkun hemm taħdita mill-Kummissarju Orban. Il-Kummissjoni Ewropea tniedi l-kampanja bl-isem ta' "Piccolingo", li tindirizza lill-ġenituri ta' tfal minn sentejn sa sitt snin, u tiffoka fuq il-benefiċċji potenzjali għat-tfal u kif il-ġenituri jistgħu jsibu informazzjoni u għajnuna. Il-pubbliku fil-mira tal-konferenza se jkunu l-esperti, l-awtoritajiet li jaħdmu f'dan il-qasam u d-delegati minn assoċjazzjoniet ta' partijiet interessati rilevanti bħall-għalliema u l-ġenituri. It-temi ewlenin se jkunu l-aħħar aġġornamenti fir-riċerka dwar l-akkwist tal-lingwa kmieni fit-tfulija, prassi tajba li teżisti fit-tagħlim tal-lingwa minn eta' żgħira u l-persuni bi bżonnijiet speċjali li jitgħallmu l-lingwa. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jinkludu wkoll dan li ġej: It-Tlieta 22, Brussell: L-inawgurazzjoni tal-Pjattaforma tan-Negozju għall-Multilingwiżmu, fejn se jiġi inkoraġġit dibattitu pubbliku. Il-pjattaforma toħloq forum għall-iskambju tal-aqwa prassi għall-komunità tan-negozju, li tinvolvi msieħba soċjali, organizzazzjonijiet kummerċjali, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-kummerċ, skejjel u awtoritajiet tal-edukazzjoni. L-Erbgħa 23, Pariġi: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-interpretazzjoni, ikkonfrontat minn skarsezza mistennija ta' interpreti, nieda kampanja ta' għarfien, bl-isem ta' "Il-Franċiż, lingwa rari?". Wieħed jista' jinnota li huma relattivament ftit dawk li japplikaw u jirnexxielhom ikollhom suċċess f'kompetizzjonijiet biex isiru interpreti. Il -premiere tal-vidjow "Interpr é ter pour l'Europe'", immirat biex jinkoraġġixxi żgħażagħ li jitkellmu l-Franċiż biex jistudjaw l-interpretazzjoni, se jiġi muri f'DĠ COMM Rappreżentazzjoni mill-11h00 san-12h30, 288, boulevard Saint-Germain, 75007 PARIĠI . Il-Ħamis 24, il-Lussemburgu: Konferenza-dibattitu bl-isem ta' "Kif it-teknoloġija tista' tgħin lit-tradutturi" dwar kif il-midja tal-massa differenti jittrattaw materjal ta' aħbarijiet multilingwi għal pubblikazzjoni, li se tinżamm fil-Bini ta' Jean Monnet fil-Lussemburgu (Kamra M6) fil-11h00. Il-Ġimgħa 25, Brussell: Konferenza Stampa mal-Kummissarju Orban fin-12:30, segwita minn Tagħrif Tekniku dwar it-Tagħlim tal-Lingwa minn Eta' Żgħira u dimostrazzjoni ta' logħba tal-kompjuter dwar il-lingwi li jisimha LinguaGo, disponibbli fuq il-websajt EuropaGO. Se jkun hemm dibattitu dwar il-multilingwiżmu fil-midja tal-massa, fejn rappreżentanti tal-istazzjonijiet internazzjonali tat-televiżjoni, netwerks tar-radju madwar l-Ewropa kollha u websajts multilingwi se jagħtu preżentazzjoni dwar kif huma jittrattaw kontenut multilingwi u ġurnaliżmu f'ħafna lingwi. Matul il-ġurnata fi Place J ourdan, Brussell: Attivitajiet immirati għat-tfal, bil-preżenza tal-Kummissarju Orban. It-tema se tkun "Ir-rakkont ta' stejjer f'lingwi differenti" b'mużika u żfin mill-Fondazzjoni Yehudi Menuhin u workshop multilingwi bi strip komiku. Se jkun hemm logħob, bużullotti maġiċi u divertiment mużikali għall-viżitaturi. L-Istati Membri: Qed jiġu organizzati attivitajiet dwar il-lingwi mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni f'diversi Stati Membri tal-UE http://ec.europa.eu/represent_en.htm Websajts: Il-Kummissarju Orban: http://ec.europa.eu/commission_barroso/orban/index_en.htm Il-Portal tal-Lingwi http://europa.eu/languages/en/home DĠ Traduzzjoni (DGT) http://ec.europa.eu/dgs/translation/index_en.htm DĠ Edukazzjoni u Kultura (EAC): http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/index_en.html L-Attivitajiet tal-Jum tal-lingwi: http://ec.europa.eu/education/languages/news/news3509_en.htm Il-Kunsill tal-Ewropa http://www.coe.int/ Websajt "Languages mean business" http://ec.europa.eu/education/languages/languages-mean-business/doc1460_en.htm Il-Ħanut tal-Kotba tal-UE: il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE: http://www.bookshop.europa.eu EUR-Lex liġi ċentrali tal-UE: http://eur-lex.europa.eu/mt/index.htm TED: stediniet għall-offerti: http://ted.europa.eu