IP/09/1487 Brussell, 8 ta’ Ottubru 2009 Rapport tal-Kummissjoni jgħid li meħtieġa aktar azzjonijiet kontra min jispammja u għall-protezzjoni tal-privatezza onlajn Illum, il-Kummissjoni Ewropea reġgħat appellat lill-pajjiżi tal-UE biex iżidu l-isforzi tagħhom kontra t-theddid għall-privatezza tan-nies li jużaw l-internet. Studju ffinanzjat mill-Kummissjoni u li ġie ppubblikat illum juri li minkejja li f'dawn l-aħħar snin diversi pajjiżi tal-UE ħadu xi miżuri biex isaħħu l-projbizzjoni li l-Ewropa għamlet fuq l-ispam, li jinkludu multi għal min jispammja, l-għadd tal-każijiet li ġew ipproċessati u tas-sanzjonijiet imposti jvarjaw b'mod konsiderevoli. L-istudju jikkonferma l-ħtieġa għat-titjib fil-leġiżlazzjoni propost mir-riforma tar-regoli tal-UE dwar it-Telekomunikazzjoni (MEMO/09/219): reġoli ta' infurzar aktar ċari u konsistenti u sanzjonijiet dissważivi, kooperazzjoni transkonfinali aqwa, u riżorsi adegwati għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-protezzjoni tal-privatezza taċ-ċittadini onlajn. " Iċ-ċifri ta' dan l-istudju juru li diversi pajjiżi tal-UE qed jagħmlu aktar biex jinfurzaw ir-regoli dwar il-privatezza onlajn. Madankollu l-ispam huwa qasam li nistgħu u li għandna ntejbu għall-benefiċċju tal-utenti tal-internet fl-UE ," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. " Minkejja li l-leġiżlazzjoni Ewropea ilha li pprojbiet l-ispam u l-ispyware mill-2002, medja ta' 65% taċ-ċittadini tal-UE għadhom jintlaqtu mill-ispam b'mod regolari. Jeħtieġ li nqawwu l-ġlieda tagħna kontra min jispammja u li niżguraw li l-UE tadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi sanzjonijiet kbar u kriminali kontrihom. Nappella lill-pajjiżi tal-UE biex isaħħu l-isforzi nazzjonali tagħhom fil-ġlieda kontra t-theddid għall-privatezza onlajn, bħalma huma l-ispam, l-ispyware u softwer malizzjuż (malware). Jekk jirnexxilna neqirdu l-pesta tal-ispam fl-Ewropa nkunu tajna eżempju lill-pajjiżi ġirien u lil partijiet oħra tad-dinja li huma responsabbli għall-ispam li nirċievu fl-Ewropa. " Il-konklużjonijiet ewlenin tal-istudju li l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum jindikaw li: Kważi l-pajjiżi kollha tal-UE issa għandhom websajt waħda jew aktar fejn iċ-ċittadini jistgħu jsibu informazzjoni jew iressqu lmenti f'każ li jisfaw vittma tal-ispam, spyware jew softwer malware; Analiżi ta' aktar minn 140 każ ta' infurzar fi 22 Stat Membru turi li hemm differenzi konsiderevoli bejn l-għadd ta' każijiet imressqa f'kull pajjiż u l-multi li jiġu imposti. L-ogħla numru ta' każijiet ġew irrappurtati fi Spanja (39), fis-Slovakkja (39) u fir-Rumanija (20). L-ogħla multi ġew imposti fl-Olanda (€1 000 000), fl-Italja (€570 000) u fi Spanja (€30 000). Madankollu, il-multi imposti fuq min jispammja f'pajjiżi bħar-Rumanija, l-Irlanda u l-Latvja jvarjaw minn mijiet sa diversi eluf ta' Ewro. Sabiex il-ġlieda kontra t-theddid onlajn tirnexxi, l-approċċ li jittieħed għandu jinkludi taħlita ta' prevenzjoni, infurzar u trawwim tal-għarfien pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi (bħalma huma r-regolaturi tat-telekomunikazzjoni, l-aġenziji tal-protezzjoni tad-dejta u l-aġenziji tal-konsumaturi u l-entitajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi) għandu jkollhom responsabbiltajiet ċari u proċeduri ta' kooperazzjoni bejniethom filwaqt li s-settur pubbliku u dak privat għandhom jaħdmu flimkien ukoll. Il-livell ta' kooperazzjoni jvarja ħafna bejn il-pajjiżi tal-UE. Pereżempju, filwaqt li fil-Belġju, Ċipru, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, ir-Rumanija u r-Renju Unit jeżistu ftehimiet ta' kooperazzjoni, il-Lussemburgu u Malta jiddependu fuq informazzjoni informali. L-ispam huwa problema dinjija. Fil-ġlieda kontra l-ispam jeħtieġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni internazzjonali, kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja kollha. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-provi, jinvestigaw u jieħdu passi legali f'dan il-qasam. Ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni li pproponiet il-Kummissjoni u li qed tiġi ffinalizzata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tipprovdi kundizzjonijiet għal infurzar aqwa tar-regoli dwar il-privatezza. Dispożizzjoni ġdida fir-regoli tal-UE dwar it-Telekomunikazzjoni tesiġi li l-pieni għall-ksur tal-liġijiet nazzjonali dwar il-privatezza onlajn għandhom ikunu effettivi, proporzojnati u dissważivi. Barra minn hekk, tobbliga lill-pajjiżi tal-UE biex jallokaw ir-riżorsi meħtieġa lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar. Ir-regoli l-ġodda jippermettu wkoll li l-entitajiet nazzjonali li jikkumbattu l-ispam ikunu jistgħu jingħaqdu man-netwerk Ewropew ta' awtoritajiet li jinfurzaw il-liġijiet ta' protezzjoni tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet privati bħalma huma l-fornituri ta' servizzi tal-internet ikollhom dritt jieħdu passi legali kontra min jispammja n-netwerks tagħhom b'mod abbużiv. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni Ewropea qed tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti dwar il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Ċifri tal-industrija juru li 1 minn kull 6 emails tintbagħat mill-Istati Uniti. Bir-regoli tat-telekomunikazzjoni kif riformati, il-kooperazzjoni dwar l-ispam se tiddaħħal fl-ambitu tal-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti. Sfond: F'Mejju 2009, il-Kummissjoni nediet l- eYouGuide li hija għodda ġdida onlajn li tagħti pariri prattiċi dwar id-“drittijiet diġitali” li għandhom il-konsumaturi skont il-liġi tal-UE. F'dan il-kuntest, il-Kummissarji Reding u Kuneva ppreżentaw " Aġenda Diġitali " tal-futur għall-konsumaturi Ewropej, li tidentifika l-ġlieda kontra l-ispam bħala qasam li l-UE tista' tieħu azzjoni fih, b'mod partikolari permezz ta' sanzjonijiet effettivi simili fl-Istati Membri tal-UE u f'pajjiżi ġirien ( IP/09/702 ). Il-kooperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar u s-settur privat sa tiġi diskussa f'Liżbona bejn is-7 u d-9 ta' Ottubru fil- workshop CNSA/LAP dwar il-ġlieda kontra l-ispam . Dan l-istudju li ġie ppubblikat illum jinkludi valutazzjonijiet tal-progress li sar f'kull pajjiż tal-UE u juri konnessjonijiet mal-websajts tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri li fuqhom jistgħu jitressqu lmenti dwar l-ispam, l-ispyware u l-malware: http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/ext_studies/index_en.htm#2009 Flash Eurobarometer Confidence in the Information Society: http://ec.europa.eu/information_society/policy/nis/strategy/activities/index_en.htm Anness Examples of sanctions imposed at national level in the past years. Czech Republic the data protection authority imposed fines in total of around €15 000 EUR in 2007 Denmark a Danish commercial court imposed a fine of around €270 000 for mobile spam as a result of legal action undertaken by the Danish Consumer Ombudsman, Danish companies were fined respectively around €13 330, €2 670, €1 330, €670 and €1 330 in 2008 in 2009, a fine of around €3 330 has been metered out by the court to a Copenhagen nightclub for unsolicited text messages containing information about events etc. taking place at the nightclub Finland conviction for writing malicious software, including use of spyware and spam sentenced to 7 months in prison, later commuted to 162 hours of community work Germany numerous cease and desists orders of district courts and higher courts threatening the defendant with administrative fines not exceeding €250 000,00, alternatively arrest for contempt not exceeding 6 months; often also conviction to pay fine of €2 500,00 for each violation of the cease and desist order court orders actually imposing these fines are not publicized Greece imposition of a fine of €20 000 for sending spam to random mobile numbers Hungary in 2007, a total sum of around €6 400 was imposed in 2008, this amount was 10 times higher (the maximum fine is 500.000 HUF): one spammer was fined seven times with a total sum of fines amounting to 1.6 million HUF (around €5 333 at the time of this Study) Ireland the data protection authority applied two fines for mobile spam (one of €2 000 EUR in 2008 for sending 6 text messages) Italy in 2008, the data protection authority imposed a fine of €570 000 EUR on an SMS spammer in 2004, the Naples court of peace sentenced a spammer to a fine of €1 000 in 2002-2003, the data protection authority issued a number of decisions ordering to stop the sending of spam an Italian court of appeal sentenced a sender of malware and spyware infected e-mail to a fine of €4 280 Latvia the data protection authority imposed fines in two cases for a total amount of €4 300 Lithuania in 2008, the data protection authority applied administrative sanctions in 3cases; 2 of them were confirmed by the administrative court; 1 case is still pending Poland the consumer policy department ordered to cease infringement of consumer interests through spam Romania in 2008, the telecom regulator applied fines in 20 cases, ranging from €250 to €500 the data protection authority applied two fines for mobile spam (via SMS) Spain in 2008, the data protection authority imposed 39 fines for sending spam with a total of €85 500 as follows: €81   100 for 34 e-mail spam cases (of which €30 000 for two serious e-mail spam cases), €3   800 for 4 SMS spam cases and €600 for one fax spam case. The Netherlands in 2006, the telecom regulator imposed a fine of €75 000 for sending spam in 2007, three Dutch companies were fined €1 000 000 for placing adware and spyware in 2008, a spammer was fined €510 000 Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Source: Flash Eurobarometer on confidence in Information Society of May 2009, p.23