IP/09/1498 Brussell, id-9 ta' Ottubru 2009 Il-Kummisjoni Ewropea tgħid li s-settur tal-ICT għandu jwitti t-triq sabiex jintlaħqu l-miri marbuta mal-klima u l-enerġija Illum, il-Kummissjoni Ewropea stiednet lill-industrija Ewropea tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (l-ICT) sabiex sal-2011 din tislet il-passi prattiċi li se tieħu sabiex, sal-2015, issir 20  % iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. It-tagħmir u s-servizzi tal-ICT waħidhom jammontaw għal madwar 8 % tal-enerġija elettrika użata fl-UE u madwar 2 % tal-emissjonijiet tal-karbonju. Imma jekk l-ICT jintużaw b'mod intelliġenti jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fis-setturi li għandhom bżonn ħafna enerġija bħalma huma l-bini, it-trasport u l-loġistika, u jiffrankaw 15 % mit-total tal-emissjonijiet tal-karbonju sal-2020. Il-Kummissjoni tirrakkomanda lis-settur tal-ICT jadotta miri stretti marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija sal-2011. Titlob ukoll lill-pajjiżi tal-UE biex jaqblu dwar speċifikazzjonijiet komuni sabiex isir kalkolu b'mod intelliġenti sal-aħħar tal-2010. "Il-fatt li jsir użu aħjar tas-soluzzjonijiet innovattivi tal-ICT se jgħinna nilħqu l-għanijiet tal-Ewropa li għandhom x'jaqsmu ma' ekonomija b'konsum baxx ta' karbonju. Is-settur tal-ICT jista' jkun ta' eżempju għal tkabbir iktar sostenibbli, li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent u li jagħti spinta lill-impjiegi li jirrispettaw l-ambjent fl-Ewropa, " qalet Viviane Reding, il-Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Għandna naħtfu ċ-ċans sabiex inkunu minn ta' quddiem fit-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija - mhux biss minħabba li dan huwa l-aqwa mod sabiex ikun hemm tnaqqis sostenibbli fl-emissjonijiet tas-CO2, imma minħabba li l-potenzjal ekoloġiku ta' dawn it-teknoloġiji jista' jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-kummerċ fost il-kumpaniji Ewropej tal-ICT." ll-Kummissjoni llum tadotta rakkomandazzjoni li tgħid li s-settur tal-ICT għandu jwitti t-triq għat-tran sizzjoni għal ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b'konsum baxx tal-karbonju. Il-Kummissjoni tistieden lis-settur tal-ICT sabiex jaqbel dwar metodoloġiji komuni sabiex jitkejjel il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-karbonju sal-2010. B'hekk, għandu jkun hemm dejta iktar affidabbli disponibbli sabiex tiffissa l-miri ambizzjużi tas-settur sabiex ikun hemm effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet sal-2011. L-għan ta' dawn il-miri tas-settur huwa li sal-2015 jintlaħqu l-miri tal-UE li kienu ġew iffissati għall-2020. Filwaqt li tindirizza lill-Istati Membri tal-UE u s-settur tal-ICT, l-għan tar-rakkomandazzjoni li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni llum huwa li jinfetaħ il-potenzjal tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija bis-saħħa ta’ iktar inizjattivi ta’ sħubiji pubbliċi-privati, bħal dawk l-inizjattivi li tniedu dan l-aħħar mill-Kummissjoni dwar il-bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-karozzi li jirrispettaw l-ambjent ( IP/09/1116 ) , imma wkoll bis-saħħa ta' sħubiji bejn l-industrija tal-ICT u s-setturi strateġiċi definiti. B'mod partikolari s-setturi tal-bini, it-trasport u l-loġistika huma identifikata bħala setturi ekonomiċi prinċipali li bil-kemm jagħmlu użu mill-ICT sabiex ikunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-pajj iżi tal-UE sabiex jużaw is-soluzzjonijiet imsejsa fuq l-ICT sabiex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Is-sistemi ta’ distribuzzjoni intelliġenti (smart grids) u ta' kalkolu b'mod intelliġenti jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-kontroll tal-produzzjoni, u d-distribuzzjoni u l-konsum tal-enerġija. L-Istati Membri tal-UE għandhom sa tmiem l-2010 sabiex jaqblu dwar speċifikazzjoni komuni għal sistema ta' kalkolu b'mod intelliġenti sabiex tagħti tagħrif aħjar lill-konsumaturi u tgħinhom jimmaniġġaw il-konsum tal-enerġija tagħhom. B'sistema ta' kejl intelliġenti fi djarhom, pereżempju, il-konsumaturi jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom saħansitra b'10 %. Sa mhux iktar tard mill-aħħar tal-2012, għandu jkun hemm qbil dwar perjodu ta' żmien sabiex ikunu introdotti sistemi ta' kejl intelliġenti fid-djar Ewropej. Eżempji oħrajn ta' potenzjal ekoloġiku tal-ICTs li jissemmew fit-test adottat mill-Kummissjoni llum: li kieku l-Ewropa kellha tissostitwixxi 20 % biss tal-vjaġġi tan-negozju b’konferenzi awdjoviżivi, kieku jitnaqqsu 22 miljun tunnellata ta’ CO2 fis-sena. Ukoll, l-introduzzjoni ta' netwerks tal-broadbands li jiffaċilitaw użu usa' ta' servizzi pubbliċi u ta' applikazzjonijiet fuq l-internet tista' tiffranka għall-anqas 1-2 % tal-użu totali tal-enerġija madwar id-dinja sal-2020. Ir-rakkomandazzjoni li qiegħda ssir illum tesiġi li l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jagħmlu użu aħjar tal-għodod tal-ICT għas-simulazzjoni u l-mudellar tal-enerġija, inkluż fit-taħriġ tal-esperti fis-setturi tal-bini, it-trasport u l-loġistika. Jistgħu jagħtu spinta wkoll sabiex tiġi adottata teknoloġija li tkun iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi tagħmilha parti mill-programmi ta' akkwist pubbliku. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni hija riżultat ta' stħarriġ pubbliku li sar f'Settembru 2009 li kkonferma l-ħtieġa ta’ approċċ koordinat mis-settur tal-ICT sabiex itejjeb il-prestazzjoni tiegħu fl-oqsma tal-enerġija u l-ambjent u l-importanza tal-impenji komuni sabiex jintlaħqu l-miri ffissati. Sfond Fl-10 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni adottat pakkett dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima, li ġie approvat mill-Parlament Ewropew u l-mexxejja tal-UE fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa li saret f'Marzu 2007, bil-għan li jitnaqqsu b'20  % il-konsum tal-enerġija primarja kollha kif ukoll l-emissjonijiet tal-gass serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2020; filwaqt li jiżdied is-sehem tal-użu tal-enerġija rinovabbli għal 20 % sal-2020 ( IP/07/29 ). Fit-13 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni ħabbret li se tippromwovi r-rwol tal-ICT sabiex jintlaħqu dawn il-miri billi ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-ekonomija kollha ( IP/08/733 ). F'Diċembru 2008, l-UE saħqet l-impenn tagħha biex jintlaħqu dawn il-miri u enfasizzat l-urġenza sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ( IP/08/1998 ). F'Marzu 2009, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-mobilizzazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b’livell baxx ta‘ karbonju li ssemmi l-ICT bħala wieħed mill-mezzi ewlenin li se jgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod ġenerali ( IP/09/393 ). Il-Kummissarju Reding diġà enfasizzat il-potenzjal importanti li jirrispetta l-ambjent tal-ICT fid-diskors tagħha dwar l-Ewropa Diġitali ( SPEECH/ 09/336 ) meta qalet: "Nemmen bis-sħiħ li l-Ewropa Diġitali ma tistax ma tagħtix kas tal-potenzjal ekoloġiku tagħha, li min-naħa l-oħra jista' jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-kummerċ fost il-kumpaniji Ewropej tal-ICT". Ir - Rakkomandazzjoni li qiegħda ssir illum hija disponibbli fis-sit: http://ec.europa.eu/information_society/activities/sustainable_growth/energy_efficiency/ Annex Greenhouse gas emissions in CO 2   equivalents (excluding carbon sinks) compared with Kyoto Protocol targets for 2008–12 MEMBER STATE 1990 Kyoto Protocol base year 1) 2007 Change 2006–2007 Change 2006–2007 Change 1990-2007 Change base year–2007 Targets 2008–12 under Kyoto Protocol and "EU burden sharing" (million tonnes) (million tonnes) (million tonnes) (million tonnes) (%) (%) (%) (%) Austria 79,0 79,0 88,0 -3,6 -3,9% 11,3% 11,3% -13,0% Belgium 143,2 145,7 131,3 -5,3 -3,9% -8,3% -9,9% -7,5% Denmark 69,1 69,3 66,6 -4,4 -6,2% -3,5% -3,9% -21,0% Finland 70,9 71,0 78,3 -1,6 -2,0% 10,6% 10,3% 0,0% France 562,6 563,9 531,1 -10,6 -2,0% -5,6% -5,8% 0,0% Germany 1215,2 1232,4 956,1 -23,9 -2,4% -21,3% -22,4% -21,0% Greece 105,6 107,0 131,9 3,8 2,9% 24,9% 23,2% 25,0% Ireland 55,4 55,6 69,2 -0,5 -0,7% 25,0% 24,5% 13,0% Italy 516,3 516,9 552,8 -10,2 -1,8% 7,1% 6,9% -6,5% Luxembourg 13,1 13,2 12,9 -0,39 -2,9% -1,6% -1,9% -28,0% Netherlands 212,0 213,0 207,5 -1,0 -0,5% -2,1% -2,6% -6,0% Portugal 59,3 60,1 81,8 -2,9 -3,4% 38,1% 36,1% 27,0% Spain 288,1 289,8 442,3 9,3 2,1% 53,5% 52,6% 15,0% Sweden 71,9 72,2 65,4 -1,5 -2,2% -9,1% -9,3% 4,0% United Kingdom 771,1 776,3 636,7 -11,2 -1,7% -17,4% -18,0% -12,5% EU-15 4232,9 4265,5 4052,0 -64,0 -1,6% -4,3% -5,0% -8,0% Bulgaria 117,7 132,6 75,5 4,2 5,9% -35,8% -43,0% -8,0% Cyprus 5,5 5,5 10,1 0,2 1,6% 85,3% Not applicable Not applicable Czech Republic 194,7 194,2 150,8 1,7 1,2% -22,5% -22,4% -8,0% Estonia 41,9 42,6 22,0 2,8 14,8% -47,5% -48,3% -8,0% Hungary 99,2 115,4 75,9 -2,9 -3,7% -23,5% -34,2% -6,0% Latvia 26,7 25,9 12,1 0,4 3,5% -54,7% -53,4% -8,0% Lithuania 49,1 49,4 24,7 1,9 8,1% -49,6% -49,9% -8,0% Malta 2,0 2,0 3,0 0,07 2,3% 45,7% Not applicable Not applicable Poland 459,5 563,4 398,9 -0,4 -0,1% -13,2% -29,2% -6,0% Romania 243,0 278,2 152,3 -1,6 -1,0% -37,3% -45,3% -8,0% Slovakia 73,3 72,1 47,0 -2,0 -4,1% -35,9% -34,8% -8,0% Slovenia 18,6 20,4 20,7 0,2 0,7% 11,6% 1,8% -8,0% EU-27 5564,0 5759,8 5045,1 -59,4 -1,2% -9,3% -12.5% Not applicable Source: European Environment Agency Voluntary ICT Sector commitments to targets and deadlines for CO 2 and Greenhouse Gas emissions (GHG), and energy efficiency/consumption Companies Target reduction % Baseline * Target date Comment Alcatel–Lucent 10 2007 2010 CO 2 emissions of facilities Advanced Micro Devices Inc 33 2006 2012 GHG emissions per manufacturing index Bell Canada 15 Not given 2012 GHG emissions British Tele- Communications Plc 80 1996 2020 CO 2 emissions per unit of contribution to GDP Cisco Systems 25 2007 2012 GHG emissions Dell Additional 15 Not given 2012 Operational carbon intensity Deutsche Telekom AG 20 2006 2020 CO 2 emissions Ericsson 15 - 20 2006 2008 Energy efficiency France Telecom 20 2006 2020 CO 2 emissions Hewlett-Packard 16 - 40 2005 2010-2011 Energy consumption and GHG emissions for operations and products IBM 7 2005 2012 GHG emissions Intel 20 30 2007 2004 2012 2010 Carbon footprint GHG emissions per production unit Motorola 6 2000 2010 CO 2 emissions Nokia 6 2006 2012 Energy consumption of offices and sites Nokia Siemens Networks 20 - 49 2007 2009-2010 Energy consumption of products Sun Microsystems Inc. 20 2007 2015 GHG emissions Telecom Italia 30 % increase 2007 2008 Eco-efficiency indicator Vodafone Plc 50 2006/2007 2020 CO 2 emissions European Union (all sectors) 20 20 1990 Projected energy use in 2020 2020 2020 CO 2 emissions Energy savings/ efficiency * The baseline is the year in relation to which the reduction/improvement target is set. Source : SMART 2020: 'Enabling the low carbon economy in the information age' (company commitments), Appendix 4, p.75 A report by The Climate Group on behalf of the Global eSustainability Initiative (GeSI), GeSI [www.gesi.org] is an international strategic partnership of ICT companies and industry associations and EPA Climate Change Leaders Partnership website: http://www.epa.gov/climateleaders/partners/index.html