IP/09/1562 Brussell, 22 ta' Ottubru 2009 It-tnaqqis tal-burokrazija żejda: Il-Kummissjoni twettaq dak li wiegħdet u aktar Fuq proposta tal-Kummissjoni tal-2007 l-Unjoni Ewropea poġġiet għaliha nnfisha mira ambizzjuża li taqta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni tal-UE b'25 % sal-2012. Illum il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni fil-qosor tal-progress li sar s'issa u l-pjanijiet ta' tnaqqis settorjali għal 13-il qasam ta' prijorità. Flimkien, il-miżuri proposti mill-Kummissjoni u li qed jitħejjew għandhom jippermettu li n-negozji jiffrankaw madwar EUR 40.4 biljun minn EUR 123.8 biljun fuq burokrazija li toriġina minn 72 test tal-UE u l-miżuri li jittrasponuhom u jimplimentawhom fl-Istati Membri. Il-miżuri ta' tnaqqis stabbiliti mill-Kummissjoni jew proposti mill-Kummissjoni u li diġà ġew adottati jistgħu jsarrfu fi tnaqqis ta' EUR 7.6 biljun. Il-miżuri proposti mill-Kummissjoni u li qed jistennew l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iżidu EUR 30.7 biljun ma' dak l-ammont. Il-ħidma preparatorja għal tnaqqis ulterjuri tista' twassal għal preżentazzjoni ta' miżuri ulterjuri li jirriżultaw fi tnaqqis ulterjuri ta' mill-inqas EUR 2.1 biljun. Issa f'idejn il-koleġiżlaturi biex jiżguraw li n-negozji jkunu jistgħu jħossu d-differenza fil-ħajja ta' kuljum. Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso qal: "Il-Kummissjoni tinsab kompletament fit-triq it-tajba biex twettaq l-għanijiet tagħha li tnaqqas il-burokrazija żejda għan-negozji. In-negozji diġà previsti li jiffrankaw EUR 7.6 biljun fis-sena. Dan se jsir madwar EUR 40 biljun jekk l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jappoġġjaw il-proposti tagħna bis-sħiħ. Iżda ir-regolamentazzjoni aħjar huwa ħidma li ma tieqafx. Ma tikkonsistix biss f’li tbiddel regoli ħżiena, iżda li tagħmel ir-regoli tajbin jaħdmu aħjar, bl-użu ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni ġdida. L-integrazzjoni ulterjuri tar-regolamenti Ewropej u nazzjonali - mingħajr ma jsir kompromess dwar il-protezzjoni tal-pubbliku - għandha tkun element importanti għall-ispinta tal-Kummissjoni li ġejja biex tippromwovi l-irkupru ekonomiku sostenibbli." Il-Viċi President Günter Verheugen, il-Kummissarju għall-Intrapriża u l-Industrija, qal: "Il-pakkett tal-lum huwa r-riżultat ta' impenn politiku u ħidma iebsa biex tinqered il-burokrazija żejda. Il-Kummissjoni għamlet kulma setgħet biex tikseb il-mira ta' 25 % sal-2012. Nistieden lill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri biex jadottaw il-proposti kollha tagħna li fadal biex jagħmluhom kompletament effettivi għall-ekonomija Ewropea malajr kemm jista' jkun. Dan ma jiswa xejn iżda jsarraf fi spinta ta' madwar EUR 30.7 biljun għall-intrapriżi tagħna, speċjalment l-Intrapriżi ta' Daqs Żgħir u Medju (l-SMEs)." Il-programm tat-tħaffif tal-piż tal-amministrazzjoni tal-UE għandu jirriżulta fi tnaqqis globali ta' EUR 40.4 biljun (33 % tal-piż stmat). Huwa għandu jidħol fis-seħħ, jekk il-proposti kollha tal-Kummissjoni jsibu l-qbil tal-Kunsill u tal-Parlament. Dan huwa partikolarment il-każ għal żewġ proposti ewlenin, li saru fil-bidu ta' din is-sena, waħda fil-qasam tal- VAT immirata biex tiffaċilita l-fatturazzjoni permezz tal-Internet (b'valur ta' EUR 18-il biljun), u l-oħra fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, li teżenta l-mikroentitajiet minn obbligi ta' kontabilità (b'valur ta' EUR 7 biljun). L-eżerċizzju ta' referenza ta' kejl tlesta u kkonferma l-għażla li għamlet il-Kummissjoni biex issir konċentrazzjoni fuq oqsma magħżula ta' prijorità. Dan l-eżerċizzju ta' kejl ikkonferma wkoll il-vulnerabilità tal-SMEs għal piżjiet amministrattivi. L-involviment tal-partijiet interessati fil-Grupp tal-Livell Għoli, ippresedut minn E.Stoiber kien strumentali fil-valutazzjoni tal-fattibilità u għall-identifikar ta' miżuri ulterjuri ta' tnaqqis, li jistgħu jagħmlu parti minn inizjattivi ġodda għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv matul il-Kummissjoni li jmiss. Barra minn dan, issa l-Istati Membri kollha stipulaw miri nazzjonali ambizzjużi, kif miftiehem fl-2007. Il-Kummissjoni għandha permezz tas-sistema tagħha tal-istima tal-impatt, tkompli tiżgura li r-rekwiżiti introdotti mill-politiki l-ġodda jkunu l-inqas possibbli. "Il-Programm tal-Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE" huwa parti essenzjali tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar ġenerali tal-Kummissjoni. L-għan ta' din il-politika huwa li tippromwovi l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. It-tnaqqis tal-ispejjeż ta' regolamentazzjoni li jeħlu l-intrapriżi huwa wkoll f'konformità mal-Att tan-negozji ż-Żgħar u l-prinċipju tiegħu "l-ewwel nett tarax kbir" u huwa wieħed mill-oqsma ewlenin għal azzjoni fil-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku. Id-dikjarazzjoni tal-lum tikkonferma li t-tnaqqis tal-piż amministrattiv huwa eżerċizzju kontinwu bl-iskop li jinkiseb impatt reali f'kull settur fil-ħajja ta' kuljum. Sfond: Tista' ssib eżempji f' MEMO/09/474 Aktar tagħrif