IP/09/1703 Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009 It-tibdil fil-klima: Rapport ta’ progress juri li l-UE qiegħda fit-triq it-tajba biex tilħaq jew taqbeż il-mira tal-emissjonijiet ta’ Kjoto L-UE qiegħda fit-triq it-tajba biex tonora l-impenji tagħha tal-Protok oll ta’ Kjoto biex tnaqqas jew tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif juri r-rapport ta’ progress annwali tal-Kummissjoni dwar l-emissjonijiet. L-aħħar tbassir jindika li l-UE-15 se jilħqu l-mira tat-tnaqqis tagħhom ta’ 8 % skont Kjoto, 10 mit-12-il Stat Membru tal-UE l-oħrajn ukoll għandhom impenji individwali skont il-protokoll. Huwa mbassar li huma se jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom għal 6 jew 8 % inqas mil-livelli tas-sena bażi. Dan se jinkiseb permezz ta’ tagħqida ta’ politiki u miżuri diġà mwettqa, ix-xiri tal-krediti tal-emissjonijiet minn proġetti f'pajjiżi terzi, l-akkwist ta' kwoti jew krediti mill-parteċipanti fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), u l-attivitajiet tal-forestrija li jassorbu l-karbonju mill-atmosfera. Il-Kummissarju għall-Ambjent, Stavros Dimas, qal: “Dan it-tbassir ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fuq quddiemnett fit-twettiq tal-impenji internazzjonali tagħna għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Juri li l-UE-15 qegħdin tassew fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira taghħhom ta' Kjoto għall-2008-2012. U bil-pakkett dwar il-klima u l-enerġija tal-UE adottat iktar kmieni din is-sena, aħna diġà implimentajna l-miżuri ewlenin biex sal-2020 innaqqsu ħafna iktar l-emissjonijiet tagħna għal mill-inqas 20 % taħt il-livelli tal-1990. L-ebda reġjun ieħor fid-dinja għadu ma għamel dan. Imma tnaqqis ta’ 20 % mhuwiex biżżejjed biex neliminaw it-tibdil perikoluż fil-klima, u minħabba f’hekk l-UE ħadet impenn biex tgħolli t-tnaqqis tagħna għal 30 %, dejjem sakemm emitturi ewlenin oħra jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom għal ftehim ambizzjuż dwar il-klima globali f’Diċembru f’Kopenħagen. Huwa kruċjali li l-imsieħba tagħna fid-dinja industrijalizzata u l-ekonomiji emerġenti l-kbar jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom.” L-impenji ta’ Kjoto Skont il-Protokoll ta’ Kjoto, il-15 il-pajjiż li kienu Stati Membri tal-UE meta ntlaħaq ftehim dwar il-Protokoll (l-UE-15) huma impenjati li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra totali tagħhom fil-perjodu 2008-2012 għal 8 % taħt il-livelli tas-sena bażi magħżula (l-1990 fil-parti l-kbira tal-każijiet). Dan l-impenn kollettiv issarraf f’miri nazzjonali differenzjati dwar l-emissjonijiet għal kull Stat Membru tal-UE-15 li huma vinkolanti skont il-liġijiet tal-UE. Ma hemm l-ebda mira kollettiva għall-emissjonijiet tal-UE-27. Għaxra mit-tnax-il Stat Membru li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007 għandhom impenji individwali skont il-Protokoll, li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’6 % jew 8 % taħt il-livelli tas-sena bażi sal-2008-2012. Ċipru u Malta biss ma għandhomx mira tal-emissjonijiet. It-tbassir għall-UE-15 u l-UE-27 Kif tħabbar f’Mejju (ara IP/09/851 ), l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE-15 fl-2007 – l-aħħar sena li għaliha hemm id-dejta disponibbli – kienu 5.0 % inqas mil-livelli tas-sena bażi. Dan joħloq kuntrast mat-tkabbir ekonomiku ta’ madwar 44 % waqt l-istess perjodu. Għall-UE-27 kollha flimkien, l-emissjonijiet naqsu b’12.5 % bejn is-sena bażi u l-2007. Barra minn hekk, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tistma li fl-2008, l-emissjonijiet mill-Istati Membri tal-UE-15 niżlu iktar, għal 6.2 % taħt il-livelli fis-sena bażi. L-emissjonijiet tal-UE-27 issa huma stmati li huma 13.6 % inqas mil-livell tas-sena bażi. Ir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni, 1 ibbażat fuq l-aħħar tbassir mill-Istati Membri, juri li l-politiki u l-miżuri eżistenti – dawk li diġà ġew implimentati – huma mistennija jnaqqsu l-emissjonijiet tal-UE-15 għal 6.9 % taħt il-livelli tas-sena bażi fil-perjodu ta’ impenn mill-2008 sal-2012. Il-pjanijiet minn 10 Stati Membri tal-UE-15 li jixtru krediti minn proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet li jsiru f’pajjiżi terzi taħt it-tliet mekkaniżmi ta’ Kjoto bbażati fuq is-suq – skambju internazzjonali tal-emissjonijiet, il-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif u l-Istrument ta’ Implimentazzjoni Konġunta – għandhom iwasslu għal tnaqqis ieħor ta’ 2.2 %. Dan ikun jammonta għal tnaqqis glob ali ta’ 9.0 % 2 u għalhekk jaqbeż l-impenn ta' Kjoto tal-UE . Il-ksib tal-kwoti u l-krediti mill-operaturi tal-EU ETS huwa mistenni li jwassal għal tnaqqis ieħor ta' 1.4 %. L-attivitajiet ippjanati ta’ afforestazzjoni u riforestazzjoni, li joħolqu “bjar” bijoloġiċi li jassorbu d-dijossidu tal-karbonju mill-atmosfera, għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis addizzjonali ta’ 1.0 %. Il-politiki u l-miżuri addizzjonali diskussi bħalissa, jekk jiġu implimentati kompletament, għandhom iġibu iktar tnaqqis li jwassal sa 1.6 %. Dan ikun jammonta għal tnaqqis globali ta’ madwar 13.1 %, 3 li jagħti marġini wiesa’ ta’ sikurezza għall-ksib tal-mira ta’ tnaqqis ta’ 8 %. L-għaxar Stati Membri tal-UE-12 li għandhom mira ta’ Kjoto huma mbassra li jilħqu jew jaqbżu l-impenji ta għhom ta’ Kjoto. L-inċertezza attwali dwar it-tul ta’ żmien u l-gravità tar-riċessjoni ekonomika, u allura l-impatt tagħha fuq l-emissjonijiet, jistgħu jwasslu għar-reviżjoni tat-tbassir fil-ġejjieni ladarba l-prospetti jkunu iktar ċari. Barra minn hekk, it-tbassir ta’ wħud mill-Istati Membri jista’ jissottovaluta t-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-ġejjieni għax għadu ma jikkunsidrax il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija tal-UE adottat iktar kmieni din is-sena (ara IP/09/628 ). Barra minn hekk, il-metodoloġija użata biex jiġi stmat l-effett tal-EU ETS teħtieġ li titjieb iktar. Huma meħtieġa metodoloġiji u assunzjonijiet robusti u konsistenti sabiex it-tbassir tal-effett tal-EU ETS ikun iktar preċiż. It-tbassir tal-emissjonijiet tal-GHG jeħtieġ li jiġi kkunsidrat fil-perspettiva tat-tnaqqis effettiv li nkiseb diġà, li ammonta għal -9 % għall-UE-27 u -4 % għall-UE-15 bejn l-1990 u l-2007. Ghalhekk, fil-ġejjieni, l-isforzi tat-tnaqqis se jkunu meħtieġa jħaffu l-pass b’mod sostanzjali madwar l-UE jekk sal-2020 trid tilħaq il-mira tagħha ta’ -20 % jew -30 %. Għal aktar tagħrif: Ir-rapport ta’ progress huwa disponibbli fil-: http://ec.europa.eu/environment/climat/gge_progress.htm paġna ewlenija dwar it-tibdil fil-klima tad-DĠ Ambjent: http://ec.europa.eu/environment/climat/home_en.htm Stqarrija għall-istampa tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: http://www.eea.europa.eu/pressroom/newsreleases Projected EU-15 3 emissions for non-ETS sectors expressed as annual average 2008-2012 Member State Base-year emissions (BY) Kyoto or burden-sharing target Projections of non-ETS emissions with existing policies and measures Projections of non-ETS emissions with additional policies and measures Kyoto or burden-sharing target for the non-ETS sectors Removals from carbon sink activities Use of Kyoto mechanisms at government level Kyoto target for the non-ETS sectors, including carbon sinks and Kyoto mechanisms Gap between non-ETS projections with existing policies and measures and initial Kyoto target Gap between non-ETS projections with additional policies and measures and Kyoto target including carbon sinks and Kyoto mechanisms Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Annual average 2008-2012 Mt CO 2 -eq. Mt CO 2 -eq. % change from BY Mt CO 2 -eq. Mt CO 2 -eq. Mt CO 2 -eq. % of base-year emissions Mt CO 2 -eq. % of base-year emissions Mt CO 2 -eq. % of base-year emissions Mt CO 2 -eq. % of base-year emissions Mt CO 2 -eq. % of base-year emissions Mt CO 2 -eq. % of base-year emissions Austria 79,0 68,8 -13,0% 59,1 57,9 38,1 48,2% 0,7 0,9% 9,0 11,4% 47,8 60,4% 21,0 26,6% 10,2 12,9% Belgium 145,7 134,8 -7,5% 79,9 79,7 76,3 52,4% 0,0 0,0% 4,4 3,0% 80,7 55,4% 3,6 2,5% -1,1 -0,7% Denmark 69,3 54,8 -21,0% 36,4 36,4 30,3 43,7% 2,2 3,2% 4,2 6,1% 36,7 52,9% 6,2 8,9% -0,2 -0,3% Finland 71,0 71,0 0,0% 35,4 34,9 33,4 47,1% 0,6 0,8% 1,4 2,0% 35,4 49,9% 1,9 2,7% -0,6 -0,8% France 563,9 563,9 0,0% 409,5 382,0 431,1 76,5% 4,1 0,7% 0,0 0,0% 435,2 77,2% -21,6 -3,8% -53,2 -9,4% Germany 1.232,4 973,6 -21,0% 463,2 443,7 520,5 42,2% 4,5 0,4% 0,0 0,0% 525,1 42,6% -57,3 -4,7% -81,4 -6,6% Greece 107,0 133,7 25,0% 63,9 61,5 64,6 60,4% 1,1 1,1% 0,0 0,0% 65,8 61,5% -0,7 -0,7% -4,3 -4,0% Ireland 55,6 62,8 13,0% 49,9 46,4 40,5 72,9% 2,2 4,0% 3,6 6,5% 46,4 83,4% 9,4 16,8% 0,0 0,0% Italy 516,9 483,3 -6,5% 316,3 308,1 281,6 54,5% 10,2 2,0% 17,1 3,3% 308,9 59,8% 34,7 6,7% -0,8 -0,2% Luxembourg 13,2 9,5 -28,0% 10,6 10,4 7,0 53,1% 0,0 0,0% 3,7 28,1% 10,7 81,2% 3,6 27,2% -0,3 -1,9% Netherlands 213,0 200,3 -6,0% 125,1 125,1 112,8 52,9% 0,1 0,1% 13,0 6,1% 125,9 59,1% 12,4 5,8% -0,8 -0,4% Portugal 60,1 76,4 27,0% 50,9 50,4 41,6 69,1% 4,7 7,7% 4,8 8,0% 51,1 84,9% 9,4 15,6% -0,7 -1,1% Spain 289,8 333,2 15,0% 226,6 217,4 180,9 62,4% 5,8 2,0% 31,8 11,0% 218,6 75,4% 45,7 15,8% -1,2 -0,4% Sweden 72,2 75,0 4,0% 43,7 42,9 52,2 72,4% 2,1 3,0% 0,0 0,0% 54,4 75,4% -8,6 -11,9% -11,5 -16,0% United Kingdom 776,3 679,3 -12,5% 362,2 362,2 433,1 55,8% 4,0 0,5% 0,0 0,0% 437,1 56,3% -70,9 -9,1% -74,9 -9,6% EU-15 4.265,5 3.924,3 -8,0% 2.335,7 2.266,0 2.348,0 55,0% 42,4 1,0% 93,1 2,2% 2.483,5 58,2% -12,3 -0,3% -217,4 -5,1% 1 : Progress lejn l-ilħiq tal-għanijiet ta’ Kjoto. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. COM (2009) 630 2 : Valur imqarreb 3 : As a majority of EU-12 Member States did not submit differentiated emission projections for the ETS and the non-ETS sectors, they are not included in the table.