IP/09/ 1716 Brussell, is-16 ta’ Novembru 2009 L-investiment mill-kumpaniji fir-Riċerka u l-Iżvilupp fl-2008: żieda globali bl-UE taqbeż lill-Istati Uniti u l-Ġappun L-investiment dinji mill-impriżi fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) fl-2008 żdied b'6.9% minkejja l-kriżi ekonomika skont l-"EU Industrial R&D Investment Scorebo ard" tal-2009 ippublikat illum. B'żieda ta' 8.1%, iż-żieda fl-investiment R&D tal-kumpaniji tal-UE, definiti bħala kumpaniji bis-sede tagħhom fl-UE, hija ogħla sew minn ta' dawk tal-Istati Uniti għat-tieni sena, li laħqet 5.7%, u l-4.4% tal-kumpaniji Ġappuniżi. Żewġ kumpaniji tal-UE jidhru fost l-ewwel għaxra: Volkswagen fit-tielet post b'investiment R&D ta' €5.93 biljun u Nokia fit-tmien post. L-ikbar investitur dinji fl-R&D huwa Toyota Motor, b' €7.61 biljun. Ir-rapport juri wkoll li kumpaniji minn pajjiżi emerġenti għandhom l-ogħla tkabbir fl-investiment R&D. "Hija aħbar tajba li l-kumpaniji tal-UE żammew għaddej l-investiment R&D tagħhom anki fl-isfond tal-kriżi ekonomika tal-2008. Din hi l-aħjar strateġija biex noħorġu aktar b'saħħitna minnha. Irridu nsostnu l-isforzi tal-kumpaniji tal-UE u nipprovdu inċentivi biex insaħħu s-setturi tal-UE li huma intensivi fir-riċerka. Il-bini ta' żona ta' riċerka tassew Ewropea hija parti mit-tweġiba, flimkien ma' azzjonijiet tal-UE għall-promozzjoni tal-investimenti intelliġenti fl-R&D. Nilqa' b'sodisfazzjoni ukoll iż-żieda fl-investiment R&D mill-kumpaniji tal-UE li huma attivi fit-tekonoloġiji b'karbonju baxx. Dawn jirrappreżentaw għejun ġodda ta' impjiegi u tkabbir ekonomiku fl-UE", qal Janez Potočnik, Kummissarju Ewropew għax-Xjenza u r-Riċerka. Il-Klassifika tal-Investiment Industrijali tal-UE fl-R&D tal-Kummissjoni Ewropea turi li, minkejja l-kriżi ekonomika, l-investiment dinji mill-kumpaniji fir-Riċerka u l-Iżvilupp għadu fil-livell ta' 6.9%, meta mqabbel mad-9.0% fl-2007 (Grafika 1). Il-kumpaniji tal-UE rnexxielhom iżommu t-tkabbir tagħhom fl-investiment R&D tista' tgħid bla mittiefes għal 8.1% minn 8.8% fl-2007, filwaqt li dak tal-kumpaniji tal-Istati Uniti waqa' minn 8.6% fl-2007 għal 5.7% fl-2008. Il-kumpaniji bbażati f’ekonomiji emerġenti komplew juru l-ogħla tkabbir R&D, biċ-Ċina fuq quddiem b'żieda ta' 40%, u mbagħad l-Indja (27.3%), it-Tajwan (25.1%) u l-Brażil (18.6%). Jekk l-impatt tal-kriżi għadu mhux rifless għal kollox fl-investiment R&D tal-kumpaniji, huwa ktar viżibbli f'indikaturi oħrajn miġbura mill-klassifika, bħall-qligħ operattiv tal-kumpaniji, li waqa' b'30.5% għall-kumpaniji tal-UE u b'19.1% għall-kumpaniji tal-Istati Uniti. Xej riet tal-kumpaniji Żewġ kumpaniji tal-UE, Volkswagen u Nokia, huma fost l-ewwel għaxar investituri fl-R&D; ħamsa mill-Istati Uniti, inklużi Microsoft u General Motors, Pfizer; u waħda mill-Ġappun, Toyota, fil-quċċata. Fil-klassifika tal-ewwel ħamsin investitur hemm 16-il kumpanija tal-UE u 18-il kumpanija tal-Istati Uniti, tnejn inqas kull wieħed milli fl-2007, filwaqt li l-Ġappun għandu 13-il kumpanija, erbgħa aktar mill-2007. Madankollu, il-kumpaniji tal-UE fl-ewwel 50 kellhom intensità R&D medja ogħla (investiment R&D bħala perċentwal tal-bejgħ) milli tal-kumpaniji mhux tal-UE, b'7.8% imqabbel ma' 6.8% (Grafika 2). Xejriet tas-settur It-tkabbir R&D fl-Istati Uniti huwa ddominat mis-setturi b'intensità R&D għolja, u jinkludu l-farmaċewtika, il-bijoteknl oġija u l-IT, filwaqt li t-tkabbir R&D fl-UE huwa mifrux b'mod usa' fost is-setturi kollha. Il-kumpaniji tal-Istati Uniti saħħew il-pożizzjoniji tagħhom quddiemnett fis-settur tal-intensità R&D għolja, billi kabbru l-investimenti tagħhom b'35% fl-aħħar erba' snin meta mqabbla ma’ 13.6% biss fil-kumpaniji tal-UE (Grafika 3). Filwaqt li s-settur ta' intensità R&D għolja tal-Istati Uniti huwa darbtejn ikbar minn dak tal-UE f'termini ta' investiment R&D, il-kumpaniji tal-UE f'dan is-settur juru prestazzjoni simili mill-kompetituri mill-Istati Uniti f'termini ta' R&D u indikaturi relatati. Il-kumpaniji tal-UE qegħdin fuq quddiem fis-setturi ta' intensità R&D medja-għolja u medja-baxxa, bħal dawk tal-karozzi u l-parts, it-tagħmir elettriku u elettroniku jew il-kimika. Is-settur tal-farmaċewtika u l-bijoteknoloġija jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala l-ewwel investitur R&D sew fid-dinja sew fl-Istati Uniti, u jgħodd rispettivament għal 18.9% u 25.0%. Bosta kumpaniji farmaċewtiċi urew żieda qawwija fl-investiment R&D. e.ż. Takeda Pharm. (+42.7%), Boehringer Ingelheim (+21.9%), Schering-Plough (+20.6%). Madankollu, Merck (US), Johnson & Johnson and Pfizer naqqsu l-investiment R&D tagħhom b'bejn 1 u 2%. Is-settur tal-karozzi u l-parts huwa t-tielet fid-dinja, u jgħodd għal 17.1%, iżda l-ewwel fl-UE u l-Ġappun, fejn jgħodd rispettivament għal 25.0% u 27.0%. Minkejja li kien l-ewwel settur li ntlaqat mill-kriżi ekonomika, xi kumpaniji tal-karozzi kellhom rati ta’ tkabbir R&D li saħansitra qabżu l-għaxra fil-mija fis-sena li għaddiet: Volkswagen (+20.4%), Peugeot (+14.4%) u Fiat (+14.1%). Oħrajn naqqsu b'mod konsiderevoli l-investiment R&D tagħhom, eż. Renault (-9.2%), Daimler (-9.1%), BMW (-8.9%), Ford Motor (-2.7%), u General Motors (-1.2%). Il- Klassifika ta' din is-sena tikkonferma l-attività R&D qawwija tal-kumpaniji attivi fit-teknoloġiji tal-enerġija li tiġġedded. Is-sitt kumpaniji tal-UE minn dan is-settur urew tkabbir impressjonanti fl-investiment R&D fuq l-aħħar tliet snin. Sfond Il-Klassifika 2009 tal-Investiment Industrijali tal-UE fl-R&D tal-Kummissjoni Ewropea tagħti informazzjoni dwar l-aqwa 1000 kumpanija tal-UE u l-aqwa 1000 kumpanija mhux tal-UE li investew fir-Riċerka u l-Iżvilupp fl-aħħar sena ta' rappurtar finanzjarju. Tiġi ppubblikata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea. Din l-attività tinkludi wkoll stħarriġ minn fejn jittieħdu l-figuri mbassra għas-sehem tal-investiment R&D tal-kumpaniji tal-UE. Il-Klassifika u rapporti IRMA oħrajn ( Industrial Research Investment Monitoring and Analysis – Analiżi u Monitoraġġ tal-Investiment fir-Riċerka Industrijali) jistgħu jitniżżlu minn http://iri.jrc.ec.europa.eu/ Ara wkoll MEMO/09/503 Mistoqsijiet u Tweġibiet Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED