IP/09/1842 Brussell, it-30 ta' Novembru 2009 116 006 : Vittmi tal-Kriminalità 116 117 : Servizzi Mediċi Li Mhumiex Ta' Emerġenza Il-Kummissjoni tirriserva numri tat-telefown għall-vittmi tal-kriminalità u hotlines mediċi li mhumiex ta' emerġenza fl-Ewropa Il-vittmi tal-kriminalità kif jistgħu jiksbu l-għajnuna fl-UE? Jekk ikollhom bżonn għajnuna medika jew parir mediku mhux urġenti ċ-ċittadini tal-UE lil min għandhom iċemplu? Linji tat-telefon ġodda għall-għajnuna bħal dawn għandhom isiru disponibbli madwar l-UE dalwaqt permezz ta' deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea llum. Hija qed tirriserva żewġ numri "116" ġodda għal servizzi ta' valur soċjali. In-numri tal-linji tat-telefon għall-għajnuna 116 006 u 116 117 se jkunu rriservati għall-vittmi tal-kriminalità u għaċ-ċittadini li jċemplu għas-servizzi mediċi li mhumiex ta' emerġenza madwar l-UE . "In-nies huma l-aktar vulnerabbli meta jkunu 'l bogħod mid-dar, u numri tat-telefown komuni għall-Ewropa kollha jistgħu jagħmlu differenza kbira meta l-affarijiet jieħdu xejra ħażina. Iż-żewġ numri rriservati llum se joffru, meta jkunu operattivi fil-pajjiżi kollha tal-UE, appoġġ lil min isib ruħu f'diffikultà, kemm jekk ikunu vittmi tal-kriminalità kif ukoll jekk ikollhom bżonn għajnuna medika mhux ta' emerġenza" sostniet Viviane Reding, il-Kummissjarju tal-UE għat-Telekomunikazzjonijiet . "Inħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex dawn iż-żewġ numri ġodda jkunu disponibbli mill-aktar fis possibbli u sabiex jagħmlu mill-aħjar biex iħeġġu lill-organizzazzjonijiet li jistgħu jipprovdu dawn is-servizzi b'mod effiċjenti biex iħaddmuhom tajjeb" . In-numru  116   006 se jgħin lill- vittmi tal-kriminalità billi jinfurmahom dwar id-drittijiet tagħhom u kif għandhom jużaw dawn id-drittijiet, joffrilhom appoġġ emozzjonali, filwaqt li jirreferi wkoll lill-vittmi għand organizzazzjonijiet rilevanti. Bħala punt waħdieni ta' aċċess, se jipprovdi tagħrif dwar il-pulizija lokali u l-proċedimenti tal-ġustizzja kriminali, il-possibbiltajiet ta' kumpens u kwistjonijiet ta' assikurazzjoni, kif ukoll sorsi oħra ta' għajnuna għall-vittmi tal-kriminalità. In-numru tas- servizz għal sejħiet mediċi li mhumiex ta' emerġenza (116   117 ) se jiggwida lil min iċempel lejn l-għajnuna medika meta l-bżonn huwa urġenti iżda mhuwiex ta' theddid għall-ħajja, speċjalment barra l-ħinijiet normali tal-uffiċċju, matul tmiem il-ġimgħa jew fil-festi pubbliċi. L-għan huwa li min iċempel jiġi mqabbad ma' xi ħadd li għandu l-ħila jittratta tali telefonata jew ma' persuna medika kwalifikata li tista' tipprovdi għajnuna jew parir dak il-ħin, partikolarment fin-nuqqas tas-sors normali ta' għajnuna medika ta' min qed iċempel . Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata llum tibni fuq id-Deċiżjoni tal-UE tal-2007 dwar in-numri 116 ( IP/07/346 ), li tirriserva tliet numri oħra fl-UE kollha għal servizzi ta' valur soċjali: 116   000 għall- Hotline għat-Tfal Mitlufin , 116   111 għal- Linji ta' Għajnuna għat-Tfal u 116   123 għal- linji ta' appoġġ emozzjonali ( IP/09/276 ). Id-Deċiżjoni tal-lum teħtieġ li l-pajjiżi tal-UE jiżguraw li dawn iż-żewġ numri ġodda jistgħu jiġu assenjati lir-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet mill-15 ta' April 2010. Huma l-organizzazzjonijiet nazzjonali rilevanti li għandhom japplikaw għan-numri u jibdew iħaddmuhom Sfond: F'Lulju 2006, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li numru tat-telefown komuni jiġi rriservat sabiex ikunu rrappurtati t-tfal mitlufin (116 000) u ieħor sabiex ikunu jistgħu jċemplu t-tfal meta jkollhom bżonn l-għajnuna (116 111) bħala parti minn strateġija koordinata tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal ( IP/06/927 ). Fil-15 ta' Frar 2007 u fid-29 ta' Ottubru 2007 rispettivament il-Kummissjoni ddeċidiet li tirriserva l-116 000 u l-116 111 (kif ukoll il-116 123 għal-linji ta' għajnuna ta' appoġġ emozzjonali) fl-Istati Membri kollha tal-UE ( IP/07/188 ). Id-Deċiżjoni tobbliga lill-pajjiżi tal-UE li jagħmlu "in-numri 116" disponibbli, iżda ma tobbligahomx jassenjaw in-numri lil fornitur tas-servizzi jew jiżguraw il-forniment tas-servizzi. Id-Deċiżjoni ta' emenda tal-lum hija disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/legislation/index_en.htm#decisions Aktar tagħrif dwar il-116: http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/current/pan_european/index_en.htm Annex State of Implementation of the existing reserved 116 Numbers: Situation as of 1 July 2009 Legend: P= preparatory work completed; number availability has been publicised O= assignment ongoing A= number assigned MS 116000 Missing Children 116111 Child Helplines 116123 Emotional support AT P P A – 20/06/2008 ORF – Österreichischer Rundfunk (Austrian Red Cross) BE A – 18/07/2007 Child Focus P P BG O A – 15/05/2008 State Agency for Child Protection P CY O O O CZ P A – 24/04/2008 Telefonica O2 (Safety Line Association Sdruzení Linka Bezpecí) P DE P A – 02/06/2008 Nummer gegen Kummer e.V. A - 06/08/2008 to Katholische Bundes-arbeitsgemeinschaft für Ehe-, Familien- und Lebensberatung, Telefonseelsorge und Offene Tür e.V. DK A - 03/10/2007 TDC (Thora Center) A – 16/04/2008 TDC (Børns Vilkår) P EE P A - 09/06/2008 Arstlik Perenõuandla LLC P EL A – 11/09/2007 The smile of the child A – 21/03/2008 ΕΨΥΠΕ ( "Society of Psychosocial Education of children and Youth") P ES O O P FI P A - 13/12/2007 Mannerheim League for Child Welfare A - 07/02/2008 Evangelical Lutheran Church of Finland FR A – 25/05/2009 INAVEM Fédération Nationale d'Aide aux Victimes P P HU A - 21/02/2008 Kék Vonal A - 11/02/2008 Magyar Telekom (Kék Vonal) P IE P A – 19/06/2008 ISPCC A – 09/01/2008 The Samaritans IT A - 24/01/2008 to Ministry of interiors (Telefono Azzurro) P P LT P A - 14/05/2009 State Child Rights Protection and Adoption Service under the Ministry of Social Security and Labour A - 28/04/2009 Lithuanian Association of Telephone Emergency Services LU P P P LV P A - 12/12/2008 to Lattelecom P MT P P P NL A – 23/10/2007 Stichting De Ombudsman (Centrum Internationale Kinderontvoering) A - 10/07/2008 to Maatschappelijk Ondernemers Groep (Landelijk bureau Kindertelefoon) A – 29/04/2008 SOS Telefonische Hulpdiensten A – 29/05/2008 Stichting Korrelatie PL A - 23/01/2009 Telekomunikacja Polska S.A. in cooperation with ITAKA - Centre for Missing People A – 04/08/2008 Polkomtel S.A. ( in cooperation with Nobody's Children Foundation – Fundacja Dzieci Niczyje) A- 30/03/2009 to Netia S.A. ( in cooperation with Institute of Health’s Psychology – Instytut Psychologii Zdrowia) PT A - 12/09/2007 Instituto de Apoio à Criança A - 11/01/2008 Instituto de Apoio à Criança P RO A- 30/07/2008 to Rometelecom (the Romanian Center for Missing and Sexually Exploited children) A - 30/07/2008 to Rometelecom (The Child Helpline - Asociatia Telefonul Copilului) P SE P A - 24/01/2008 BRIS (Children's rights in Society) A - 24/01/2008 Church of Sweden SI P P A - 21/02/2008 Zveza slov. Drustev svet za telef. Pomoc v stiski-STS SK A - 20/06/2008 Orange SK (Slovak Board of UNICEF) A - 20/06/2008 Orange SK (Slovak Board of UNICEF) P UK P P P