IP/09/1903 Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2009 Id-dominju tal-internet “.eu” issa huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE Mil-lum ’il quddiem, iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Ewropej jistgħu jirreġistraw ismijiet tas-siti elettroniċi .eu billi jużaw karattri mit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li r-reġistranti jistgħu jużaw ismijiet Griegi jew Ċirilliċi bħalma huma www. διαδίκτυο .eu jew www.роуминг.eu . Dan sar possibbli bis-saħħa ta’ regoli ġodda tal-UE adottati mill-Kummissjoni f’Ġunju 2009 ( IP/09/1044 ). “Ismijiet Internazzjonalizzati tad-Dominji tad-'.eu', id-Dominju Ewropew tal-Ogħla Livell, huma pass kbir lejn internet tassew globali, u fl-istess ħin lokali.  Ħafna utenti tal-internet ġejjin minn pajjiżi li fihom il-lingwi ma humiex ibbażati fuq l-alfabett Latin, mill-‘a saz-z’ , u naturalment ikunu jridu jużaw l-alfabetti tagħhom,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni. “It-tnedija ta’ ismijiet internazzjonali tad-dominji taħt id-.eu tkompli taqdi dejjem aktar il-ħtiġijiet ta’ Ewropa multilingwi u multikulturali.” L-Ismijiet Internazzjonalizzati tad-Dominji (IID) huma ismijiet ta’ dominji li fihom karattri oħra flimkien mas-26 karattru tal-alfabett Latin “a” saz-“z”, in-numri “0” sad-“9” u s-“-”. Sal-lum, dawk li jirreġistraw ismijiet ta’ dominji taħt id-“.eu” setgħu jagħmlu dan biss permezz ta’ sett limitat ta’ karattri, iżda issa hemm firxa wiesgħa ta’ karattri differenti użati fid-diversi lingwi uffiċjali tal-UE li jistgħu jiġu rreġistrati. Il-Kummissjoni ddeċidiet li d-dominju Ewropea tal-ogħla livell .eu għandu joffri l-karattri mil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE ( IP/09/1044 ). L-IIDs huma mod biex dan jitħalla jsir. Issa se jkun possibbli li jiġu rreġistrati taħt id-“.eu” ismijiet li fihom ikun hemm karattri bħall-“à”, “ą”, “ä”, “ψ” jew “д”. Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Ewropej se jkunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-dominju bl-ittri li ma jinstabux fl-alfabett Latin, li hi ħaġa essenzjali għal lingwi bħall-Grieg u l-Bulgaru. Apparti minn hekk, dawk li jitkellmu bl-Ispanjol u bil-Bask jistgħu jirreġistraw ismijiet bl-"ñ", filwaqt li dawk li jitkellmu bil-Franċiż, bil-Portugiż u bil-Katalan jistgħu jużaw l-ittra "ç". Il-multilingwiżmu ilu aspett importanti ħafna tad-“.eu” minn meta fetħu r-reġistrazzjonijiet fl-2006. Il-qafas legali jipprevedi, pereżempju, li r-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji .eu u l-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet rigward ir-reġistrazzjoni għandhom ikunu possibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità. Tipprovdi wkoll għar-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji fil-karattri alfabetiċi kollha tal-lingwi uffiċjali. Il-passi li jmiss Mil-lum ’il quddiem, ismijiet taħt id-Dominju tal-Ogħla Livell .eu se jibbenefikaw minn Isem Internazzjonalizzat tad-Dominju. Pereżempju fl-europa.eu, “.eu” huwa d-dominju tal-ogħla livell filwaqt li “europa” huwa l-isem irreġistrat taħt dan id-Dominju tal-Ogħla Livell. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem ukoll biex jiġu introdotti varjanti internazzjonalizzati tal-ismijiet tad-dominji fuq l-ogħla livell għad-.eu (eż. “eu” bil-karattri Griegi jew Ċirilliċi) malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissarju Reding infurmat lis-CEO tal- ICANN (il-Korporazzjoni tal-Internet għal Ismijiet u Numri Assenjati), Rod Beckstrom dwar il-pjanijiet tal-Kummissjoni fil-Forum dwar il-Governanza tal-Internet f’Novembru ( IP/09/1717 ). Meta l-ICANN tapprova ismijiet internazzjonali tad-dominji fuq l-Ogħla Livell għad-.eu, ir-reġistranti tal-UE se jkunu jistgħu jirreġistraw indirizz sħiħ tal-internet bil-karattri tagħhom (eż. kemm “europa” kif ukoll “.eu”). L-isfond .eu huwa d-dominju tal-ogħla livell tal-Europa, stabbilit mill-UE imma operat mill-organizzazzjoni privata li ma toperax bi skopijiet ta' qligħ, il- EURid . Dan il-konsorzju ta’ reġistri Belġjani, Ċeki, Taljani, Żvediżi u Sloveni beda l-operazzjonijiet .eu fl-2005. Sal-lum, jeżistu aktar minn 3 miljun isem ta’ dominji .eu ( IP/09/536 ) Għal aktar tagħrif MEMO/08/218 Annex Ten largest top level domains by number of registered domain names (as of 30 September 2009) TLD Number of registered domains .com 82 467 859 .de 13 077 091 .cn 12 545 589 .net 12 477 730 .org 7 840 201 .uk 7 826 095 .info 5 282 857 .nl 3 523 290 .eu (*) 2 991 205 .biz 2 370 874 Source: EURid   Number of .eu domains by country (as of 30 September 2009) Country Number of .eu domains Austria 76 846 Belgium 91 334 Bulgaria 10 420 Cyprus 52 795 Czech Republic 87 382 Denmark 38 166 Estonia 8 146 Finland 15 389 France 267 678 Germany 922 344 Greece 26 231 Hungary 29 822 Ireland 50 311 Italy 164 049 Latvia 5 599 Lithuania 9 499 Luxembourg 26 929 Malta 3 759 Netherlands 417 892 Poland 163 465 Portugal 11 986 Romania 20 003 Slovakia 19 849 Slovenia 6 605 Spain 71 529 Sweden 75 452 United Kingdom 309 766 Source: EURid   Growth of .eu domains 2007-2009 by country of residence of registrants Country Growth of .eu domains 2007-2009* Austria + 17 % Belgium +  9 % Bulgaria + 87 % Cyprus - 42 % Czech Republic + 49 % Denmark -  8 % Estonia + 35 % Finland + 20 % France + 39 % Germany + 7 % Greece + 28 % Hungary + 36 % Ireland + 82 % Italy + 20 % Latvia - 23 % Lithuania + 73 % Luxembourg + 87 % Malta - 81 % Netherlands + 15 % Poland + 60 % Portugal +  9 % Romania + 41% Slovakia + 56 % Slovenia + 44 % Spain + 17 % Sweden - 21 % United Kingdom - 18 % EU + 10 %   *from 31.12.2007 to 30.09.2009. Source: EURid