IP/09/142 Brussell, it-28 ta' Jannar 2009Il-Kummissjoni tipproponi EUR 5 biljuni f'investiment ġdid fl-infrastruttura tal-enerġija u tal-broadband Internet bejn l-2009 u l-2010, bħala sostenn tal-pjan ta' rilanċ tal-UEBħala parti mill-implimentazzjoni ma taqtax tal-pjan ta' rilanċ tal-UE approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru tal-2008, illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposti biex tinvesti fi proġetti ewlenin ta' infrastruttura tal-enerġija u tal-broadband Internet. Fuq medda qasira ta' żmien, dawn se jagħtu s-spinta li l-ekonomija tal-UE tant teħtieġ, filwaqt li fl-istess ħin jolqtu għanijiet strateġiċi bħas-sigurtà tal-enerġija. L-Istati Membri kollha se jibbenefikaw mill-pakkett ta' miżuri. Il-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso qal: "Il-pern tal-Pjan ta' Rilanċ tal-UE huwa l-"investiment bis-sens" – stimulu fuq medda qasira ta' żmien iżda mmirat għal għanijiet fit-tul. Dan huwa eżattament dak li l-Kummissjoni adottat illum: lista ta' proġetti speċifiċi biex EUR 5 biljuni fi flus li ma ntefqux mill-baġit tal-UE jiġu allokati b'mod li nibnu Ewropa aktar b'saħħitha fuq perjodu twil ta' żmien. Jeħtieġ li nieħdu t-tagħlima mill-kriżi tal-gass li seħħet dan l-aħħar u ninvestu bil-qawwi fl-enerġija. Jeħtieġ ukoll li nistimulaw l-ekonomija Ewropea billi nipprovdu netwerk ta' komunikazzjoni fil-komunitajiet rurali. Il-Kummissjoni hija impenjata li tħabrek flimkien mal-Istati Membri, li kollha kemm huma se jibbenefikaw mill-miżuri li qed nipproponu, biex tagħti nifs ġdid lill-ekonomija tal-UE permezz ta' investiment f'dawn l-oqsma prijoritarji." Il-pakkett ippreżentat illum jiġbor fih:komunikazzjoni qasira li tagħti stampa ġenerali tal-isfond u l-għanijiet tal-inizjattiva; għall-proġetti b'rabta mal-enerġija: proposta għal Regolament biex tingħata għajnuna Komunitarja għal proġetti strateġiċi tal-enerġija. Total ta' EUR 3.5 biljuni għal investiment fil-qbid u ħżin tad-diossidu tal-karbonju (pakkett finanzjarju: EUR 1,250 miljun), proġetti li jiġġeneraw enerġija mir-riħ offshore (EUR 500 miljun), u proġetti ta' interkonnessjoni tal-gass u l-elettriku (EUR 1,750 miljun). għall-broadband: il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 1 biljun għall-estensjoni u t-tiġdid tal-internet ta' veloċità għolja f'komunitajiet rurali. Dawn il-flus se jkunu allokati permezz tal-Fond tal-Iżvilupp Rurali tal-UE li diġà jinsab fis-seħħ, biex jiġu indirizzati l-"white spots" fuq il-mappa tal-broadband tal-Ewropa (it-30% tal-popolazzjoni f'żoni rurali li m'għandhomx aċċess għall-broadband). u l-indirizzar ta' sfidi ġodda identifikati fil-"verifika tas-saħħa" tal-Politika Agrikola Komuni (PAK): l-użu tal-mekkaniżmi eżistenti ta' żvilupp rurali jwassal biex EUR 0.5 biljuni jintużaw għat-tnedija tal-ħidma biex jiġu indirizzati l-"isfidi l-ġodda" li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-"verifika tas-saħħa". Dawn l-isfidi ġodda huma: it-tibdil fil-klima, l-enerġija rinovabbli, il-ġestjoni tal-ilma, il-biodiversità u r-ristrutturar tas-settur tal-ħalib.Kemm in-netwerks tal-enerġija kif ukoll dawk tal-braodband huma kruċjali għall-ġejjieni tal-ekonomija tal-UE. L-isfida tas-sigurtà tal-enerġija kienet enfasizzata mill-Kummissjoni fit-tieni reviżjoni strateġika dwar l-enerġija ta' Novembru 2008. Rega' ntefa' dawl fuq is-sinifikat tagħha fil-kriżi tal-gass li seħħet dan l-aħħar. Fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju ta' bħalissa, qed ikun ferm diffiċli biex jinstab investiment għall-proġetti. Is-sostenn tal-UE se jerġa' jagħti spinta lill-dawn il-proġetti: se jgħinu biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet tal-interkonnessjonijiet tal-enerġija fl-UE, u jżommu l-momentum għall-użu tal-għejun domestiċi ta' enerġija tal-UE bl-aħjar mod. Il-proġetti jiffokaw fuq il-ħtiġiet transkonfinali u fuq l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda li huma essenzjali għall-ħtiġiet enerġetiċi tal-Ewropa fil-ġejjieni. L-estensjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-internet ta' veloċità għolja huma prijoritajiet ekonomiċi u soċjali. Il-Pjan Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku stabbilixxa l-għan li jiġu żviluppati netwerks tal-broadband biex sal-2010 kulħadd ikun jista' jgawdi minn servizz ta' internet ta' veloċità għolja. Madanakollu, iż-żoni rurali se jiffaċċjaw aktar diffikultajiet fil-konnessjoni tagħhom mal-broadband. Issa li l-investiment qiegħed inaqqas b'mod konsiderevoli, dan ir-riskju jirdoppja. Dan iħalli konsegwenzi soċjali u ekonomiċi diretti. Huwa għalhekk li d-deċiżjoni li din l-azzjoni tikkonċentra fuq iż-żoni rurali hija waħda tajba – u permezz tal-użu tal-istrumenti tal-iżvilupp rurali se jwassal biex l-azzjoni prattika tinbeda malajr. L-anness jinkludi lista sħiħa tal-proġetti mressqa mill-Kummissjoni b'rabta mal-infrastrutturi tal-enerġija. L-isfond F'Novembru tal-2008, bħala parti mill-pjan Ewropew ta' rilanċ ekonomiku, il-Kummissjoni ssuġġeriet l-użu, fl-2009 u l-2010, ta' ammont addizzjonali ta' EUR 5 biljuni minn flus mhux minfuqa mill-baġit tal-UE għall-investiment fi proġetti marbutin mal-enerġija u l-broadband. L-idea kienet li jitħaffef l-investiment meħtieġ, ikun hemm ilqugħ għar-riċessjoni ekonomika fis-settur tal-kostruzzjoni u jissaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli fit-tul tal-UE permezz ta' stimulu mmirat fl-ekonomija tal-UE. Din hija kontribuzzjoni importanti għall-ammont miftiehem ta' stimulu ekonomiku li jammonta għal 1.5% tal-PGD, li kien jinkorpora kemm azzjoni nazzjonali kif ukoll fuq il-livell ta' UE. Il-proposta ġiet ippreżentata llum mill-President Barroso bi ftehim mal-Kummissarji Piebalgs, Fischer-Boel u Reding. B'dawn il-proposti, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta l-mandat mogħti lilha mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 biex mill-aktar fis possibbli tressaq lista ta' proġetti speċifiċi, bil-kunsiderazzjoni ta' bilanċ ġeografiku xieraq. Sabiex timmassimmizza l-effetti fuq l-ekonomija ġenerali kemm jista' jkun malajr, saret enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li flus jibdew jintefqu fl-2009 u fl-2010. Sabiex ikun żgurat li l-proposti jkun jista' jkollhom impatt kemm jista' jkun rapidu, il-Kummissjoni tittama li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew ma jdumux ma jagħmlu progress dwar id-diskussjoni u l-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi. Għalhekk il-Kummissjoni tittama li l-proċeduri normali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn ikunu jistgħu jiġu aċċelerati sabiex il-pakkett jitwettaq. Aktar informazzjoni tinsab fil-MEMO/09/36 dwar il-proġetti tal-enerġija proposti u fil-MEMO/09/35 dwar l-infastruttura tal-broadband internet.ANNEX Eligible projects A. INTERCONNECTORS 1. Gas interconnectorsProjectLocation of projects supportedEnvisaged Community contribution(€ million)Southern Gas CorridorNABUCCO[1]ITGI – PoseidonAustria, Hungary, Bulgaria, Germany, RomaniaItaly, Greece250100Baltic interconnectionSkanledPoland, Denmark, Sweden150LNG networkLiquefied Natural Gas terminal at Polish coast at port of ŚwinoujściePoland80Central and South East EuropeSlovakia-Hungary Interconnector(Velky Krtis – Balassaqyarmat)Gas transmission system in Slovenia between the Austrian Border to Ljubljana (excluding the section Rogatec-Kidričevo) Interconnection Bulgaria-Greece(Haskovo-Komotini)Romania-Hungary gas interconnectorExpansion of Gas Storage Capacity in the Czech hubInfrastructure and equipment to permit west-east gas flow in the event of short term supply disruptionSlovakia-HungarySloveniaBulgaria, GreeceRomania, HungaryCzech RepublicAll Member States254020302520MediterreaneanReinforcement of FR gas network on the Africa-Spain-France axisFrance150North Sea areaGermany-Belgium-United Kingdom pipelineFrance-Belgium connectionBelgiumFrance, Belgium35100TOTAL10252. Electricity interconnectorsProjectLocation of projects supportedEnvisaged Community contribution(EUR million)Baltic interconnectionEstlink-2Interconnection Sweden- Baltic States, and strengthening of the grid in Baltic StatesEstonia, FinlandSweden, Latvia, Lithuania100175Central and South East EuropeHalle/Saale – SchweinfurtGermany50MediterreaneanPortugal-Spain interconnection reinforcementInterconnection France-Spain (Baixas – Sta Llogaia)New 380 kV AC submarine cable between Sicily- Continental Italy (Sorgente – Rizziconi)PortugalFrance, SpainItaly30150100North Sea areaInterconnection Republic of Ireland – WalesIreland, UK100TOTAL7053. Small island projectsSmall isolated island initiativesCyprus, Malta20B. OFFSHORE WIND PROJECTSProjectCapacityLocation of projects supportedEnvisagedCommunity contribution (EUR million)1) Grid integration of offshore wind energy1.1.Baltic I and II - Kriegers Flak I, II, III Building on projects under development. Financing aimed at ensuring extra cost for securing a joint interconnection solution.1.5 GWDenmark, Sweden, Germany, Poland1501.2. North sea gridModular development of offshore grid, demonstration of virtual offshore power plant1 GWUnited Kingdom, The Netherlands, Germany, Ireland, Denmark,1502) New turbines, structures and components, optimisation of manufacturing capacities2.1 Alpha Ventus/Bard Offshore 1 Building on projects presently under development. New generation of 6-7 MW size turbines and innovative structures, situated far from shore (up to 100km) in deeper waters (up to 40 m).0.5 GWGermany, Poland1502.2 Aberdeen offshore wind farm (European testing centre)Building on project presently under development -Testing of multi-MW turbines. Development of innovative structures and substructures including optimisation of manufacturing capacities of offshore wind energy production equipment. An increase in size of 100MW can be envisaged.0.25 GWUK402.3 Thornton Bank Building on project presently under development. Learning from the Downvind project (co financed through FP6); Upscaling the Downvind installations turbines (5 MW size) in deep waters ( up to 30 m) with low visual impact (up to 30 km).90MWBelgium10TOTAL500C. CARBON CAPTURE AND STORAGE PROJECTSProject Name/LocationEnvisagedCommunity contribution (EUR million)FuelCapacityCapture TechniqueStorage ConceptHuerthGermany250Coal450 MWIGCCSaline AquiferJaenschwaldeCoal500 MWOxyfuelOil/Gas fieldsEemshavenNetherlands250Coal1200 MWIGCCOil/Gas fieldsRotterdamCoal1080 MWPCOil/Gas fieldsRotterdamCoal800 MWPCOil/Gas fieldsBelchatowPoland250Coal858 MWPCSaline AquiferCompostellaSpain (with {Portugal)250Coal500 MWOxyfuelSaline AquiferKingsnorthUK250Coal800 MWPCOil/Gas fieldsLongannetCoal3390 MWPCSaline AquiferTilburyCoal1600 MWPCOil/Gas fieldsHatfield (Yorkshire)Coal900 MWIGCCOil/Gas fieldsTOTAL 1 250[1] This support may be channelled alongside European Investment Bank support