IP/09/238 Brussell, l-10 ta' Frar 2009400 belt jintrabtu li jmorru lil hinn mill-għanijiet ta' 20% tal-enerġija tal-UE bis-saħħa tal-Patt tas-Sindki mmexxi mill-KummissjoniF'ċerimonja solenni li seħħet illum fl-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew, iktar minn 350 belt madwar l-Ewropa ntrabtu li, bis-saħħa tal-iffirmar tal-Patt tas-Sindki, imorru lil hinn mill-għan enerġetiku tal-UE għat-tnaqqis ta' 20% tal-emissjonijiet tas-CO2 sal-2020. B'din l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea fi sħubija mal-Kumitat tar-Reġjuni, ir-rappreżentanti ta' aktar minn 60 miljun ċittadin se jaħdmu flimkien biex jiksbu l-għan komuni tal-bdil tal-ambjent tagħna u ta' użu aktar għaqli tal-enerġija. "Ħafna mill-enerġija prodotta fl-UE tiġi kkunsmata f'żoni urbani. It-tibdil fil-klima se jkollu jiġi miġġieled u mirbuħ fl-ibliet. Huwa għalhekk li l-impenn muri mis-Sindiki madwar l-Ewropa bil-firma ta' dan il-Patt tas-Sindki jibgħatilna messaġġ qawwi ta' tama, l-aktar f'dawn iż-żminijiet diffiċli", qal il-Kummissarju Pielbags. Luc Van de Brande, President tal-Kumitat tar-Reġjuni qal, waqt iċ-ċerimonja tal-iffirmar li "Il-Patt tas-Sindki huwa inzjattiva eċċellenti li se tkompli tikber bi sħubija mal-Kumitat tar-Reġjuni. Il-miri ambizzjużi tal-Ewropa għat-tnaqqis tal-gassijiet serri jintlħaqu biss jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej jiġbdu ħabel wieħed u jinvolvu rwieħhom bħala sħab. Il-Patt mhuwiex għall-ibliet kbar weħdihom: ibliet iżgħar, kif ukoll reġunijiet sħaħ, għandhom jitħeġġu jiffirmaw il-patt u jintrabtu mal-impenn ambjnetali meħud. Il-Kumitat tar-Reġjuni qiegħed ukoll jesplora l-idea li tinħoloq xibka ta' bliet u reġjuni li ffirmaw il-patt, sabiex ikunu megħjuna jaqsmu ideat u esperejenza dwar l-aħjar prassi." Aktra minn 100 sindku madwar l-Ewropa ħadu sehem fiċ-ċerimonja tat-tnedija li kient preseduta mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kumissarju tal-UE għall-Enerġija, Andris Piebalgs, il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Luc Van den Brande, il-Viċi-President tal-Parlament Ewropew, Alejo Vidal Quadras, u s-Sindki ta' Budapest, Gábor Demszky, Ħamburg, Ole von Beust u Madrid Alberto Ruiz Gallardón, ta' Riga, Jānis Birks, u ta' Växjö (l-Iżvezja), Bo Frank. Sabiex jaħbat maċ-ċerimonja, is-sit elettroniku ġdid tal-Patt tas-Sindki ġie varata llum sabiex tkun portal għan-netwerkjat u struttura ta' appoġġ sew għall-ilbiet li qed jieħdu sehem sew għaċ-ċittadini. Is-sit www.eumayors.eu, fih aħbarijiet u stampi tal-Patt fl-azzjoni, kif ukoll tagħrif dwar l-ibliet involuti. Għal aktar tagħrif, ara MEMO/09/59.