IP/09/554 Brussell, 8 ta' April 2009Għajnuna mill-Istat: l-aħħar reviżjonijiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika (Ara wkoll MEMO/09/160)Edizzjoni speċjali tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat li għadha kemm ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea tiffoka dwar miżuri adottati minn Stati Memrbi u riveduta u koordinata mill-Kummissjoni fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali. Biex tkun salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, l-Istati Membri stabilixxew garanziji ġeneriċi, ilqugħ kontra r-riskju u miżuri ta' rikapitalizzazzjoni għas-settur finanzjarju b’volum totali ta’ kważi EUR 3000 biljun. Tliet Komunikazzjonijiet ġodda tal-Kummissjoni jipprovdu qafas ċar li jelenka il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri mingħajr preċedent, filwaqt li tiġi ppreżervata l-integrità tas-Suq Uniku u jiġu evitati tlielaq tal-għoti ta’ sussidji li jagħmlu ħsara bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Qafas Temporanju ta’ Diċembru 2008 għall-miżuri tal-għajnuna mill-Istat jipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif kumpaniji u impjiegi fl-ekonomija reali jistgħu jkunu sostnuti bl-aħjar mod mingħajr ma jinkisru b’mod eċċessiv ir-regoli tal-kompetizzjoni. Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes qalet: "L-aħħar sitt xhur urew li l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat jilgħab parti importanti rigward fl-indirizzar tal-isfidi tal-kriżi ekonomika b’mod koordinat madwar l-Ewropa. Ir-regoli tal-għajnuna mill-istat tal-UE, li ġew ippruvati u ttestjati, urew b’mod ċar li kienu parti mis-soluzzjoni. L-intervent u l-kondizzjonijiet tagħna – li ċerti drabi kienu ibsin – ipprevenew lill-Istati Membri milli jaqgħu fin-nassa tal-protezzjoniżmu u jesportaw il-problemi tagħhom fi Stati Membri oħra, filwaqt li jippermettu lill-Stati Membri jevitaw kollass finanzjarju. Issa huwa fir-responsabbiltà tas-settur finanzjarju li jnaddaf il-karti tal-bilanċ u jwettaq ristrutturar għall-iżgurar ta' ġejjieni vijabbli.” Kriżi finanzjarja Azzjoni koordinata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni ppermettiet l-implimentazzjoni bil-ħeffa ta' skemi adegwati ta' sostenn u miżuri ad hoc biex tintlaqa' l-isfida tal-kriżi finanzjarja mingħajr ma jinkisru r-regoli tal-kompetizzjoni. Sa minn Settembru 2008, bosta drabi fi żmien rekord, il-Kummissjoni ħadet aktar minn 50 deċiżjoni. Dan ikkontribwixxa għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja u għall-qawmien mill-ġdid tal-fiduċja fis-settur finanzjarju u fl-ekonomija b’mod ġenerali, filwaqt li ppreżerva l-inċentivi għat-teħid ta'riskju xieraq u għall-kompetizzjoni fil-ġejjieni. Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat kien essenzjali biex jiġu evitati tlielaq tal-għoti ta’ sussidju u biex jiġu salvagwardjati opportunatijiet indaqs lill-kumpaniji fis-Suq Uniku. Dan ipproteġa l-interessi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji sodi kapaċi li joperaw mingħajr l-għajnuna mill-Istat. L-edizzjoni speċjali tat-Tabella ta’ Valutazzjoni turi li l-volum massimu totali tal-miżuri tal-kriżi għas-sostenn tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li s’issa huma approvati mill-Kummissjoni, jammonta għal EUR 3000 biljun. Din iċ-ċifra tirrappreżenta l-ammont massimu totali tal-garanziji ġeneriċi (sa EUR 2300 biljun), skemi ta’ rikapitalizzazzjoni (qrib it-EUR 300 biljun) u miżuri ad hoc għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni favur banek u istituzzjonijiet finanzjarji individwali (madwar EUR 400 biljun). Il-volum attwali tal-għajnuna mill-Istat ser ikun sinifikatament aktar baxx, partikolarment minħabba l-element tal-għajnuna ta' garanziji mill-Istat normalment jikkostittwixxu biss parti żgħira tal-ammonti garantiti. In-nefqa reali tal-baġit timmaterjaliza biss meta garanzija mill-Istat attwalment tingħata. Sa minn kmieni f'Ottubru 2008, il-Kummissjoni gwidat azzjoni biex tgħin fil-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja b’qafas politiku ċar. Il-Kummissjoni adottat tliet Komunikazzjonijiet bejn Ottubru 2008 u Frar 2009, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri: il-'Komunikazzjoni Bankarja' tat-13 ta’ Ottubru 2008 (ara IP/08/1495), iI-'Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni' tal-5 ta’ Diċembru 2008 (ara IP/08/1901) u il-'Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati' tal-25 ta’ Frar 2009 (ara IP/09/322).Ekonomija reali Lejn l-aħħar tal-2008, il-kriżi finanzjarja infiltrat fl-ekonomija reali. Minħabba d-diffikultajiet tal-kumpaniji biex isibu l-kreditu, il-Kummissjoni adottat fis-17 ta’ Diċembru 2008 Qafas Temporanju (ara IP/08/1993) li jipprovdi lill-Istati Membri b’mezzi addizzjonali biex jaffaċċjaw l-effetti tan-nuqqas tal-kreditu fuq l-ekonomija reali. S’issa, il-Kummissjoni approvat madwar 25 miżura tal-Istat f’10 Stati Membri mmirati għall-istabbilizar ta' kumpaniji u impjiegi fl-ekonomija reali. It-Tabella ta’ Valutazzjoni, flimkien ma’ sett ta’ tabelli u indikaturi ddettaljati ta’ statistika għall-Istati Membri kollha, hi aċċessibbli fuq is-sit elettroniku Europa, tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/studies_reports/studies_reports.html taħt "Scoreboard, reports and studies/Tabella ta’ Valutazzjoni, rapporti u studji" Interventi approvati tal-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istatfil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja (is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Marzu 2009)Stat MembruSkemi ta' garanzijaSkemi ta’ rikamitalizzazzjoniSkemi li jikkombinaw bosta miżuriMiżuri oħrajnInterventi ad hoc reċentiMiżuri Ekonomiċi RealiIl-BelġjuxxIl-BulgarijaIr-Repubblika ĊekaId-DanimarkaxxIl-ĠermanjaxxxL-EstonjaL-IrlandaxxIl-GreċjaxSpanjaxxxFranzaxxxxL-ItaljaxxĊipruIl-LatvjaxxxIl-LitwanjaLussemburguxxL-UngerijaxxMaltaL-OlandaxxL-AwstrijaxxIl-PolonjaIl-PortugallxxxIr-RumanijaIs-SlovenjaxxIs-SlovakkjaIl-FinlandjaxxL-IżvezjaxxxIr-Renju UnitxxxTabelli addizzjonali fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tar-Rebbiegħa 2009 jipprovdu aktar informazzjoni ddettaljata, inklużi referenzi u ħoloq onlajn għad-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal ħarsa ġenerali tal-miżuri nazzjonali adottati bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ekonomika, ara MEMO/09/111.