IP/09/560 Brussell, 8 ta' April 2009Il-Kummissjoni taġġorna l-lista tal-linji tal-ajru pprojbiti fl-ispazju tal-ajru EwropewIl-Kummissjoni Ewropea llum adottat l-aġġornament tal-hekk imsejħa lista sewda tal-linji tal-ajru li huma pprojbiti milli jtiru lejn l-Unjoni Ewropea minħabba kwistjonijiet ta' sikurezza. Il-Kummissjoni imponiet projbizzjoni fuq sitt linji tal-ajru mill-Każakstan, linja tal-ajru ċċertifikata fit-Tajlandja, trasportatur bl-ajru addizzjonali mill-Ukraina, kif ukoll fuq l-operazzjonijiet kollha tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Benin. "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem fuq djalogu ma' kullħadd involut fl-avjazzjoni sabiex tiżgura li l-inġenji u t-trasportaturi bl-ajru kollha jkunu konformi mal-livelli internazzjonali rikjesti tas-sikurezza tal-ajru. Il-passiġġieri tal-ajru huma intitolati li jħossuhom sikuri u li jkunu sikuri meta l-ajruplan tagħhom itir," qal Antonio Tajani, il-Viċi President tal-Kummissjoni inkarigat mit-trasport. Din il-lista l-ġdida, li tieħu post dik li kien hemm qabilha ppublikata f'Novembru 2008, tista' tiġi kkonsultata fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni[1]. Wara l-opinjoni unanima tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, il-Kummissjoni aġġornat il-lista u ddeċidiet li tespandiha u timponi projbizzjoni tal-operat għal raġunijiet ta' sikurezza fuq it-trasportaturi bl-ajru li ġejjin:Air Company Kokshetau, ATMA Airlines, Berkut Air, East Wing, Sayat Air u Starline KZ (il-Każakstan) One Two Go Airlines (it-Tajlandja) Motor Sich Airlines (l-Ukraina) Il-linji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika tal-Benin abbażi tar-riżultati negattivi tar-reviżjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). Il-Kummissjoni nnutat progress tajjeb relatat mal-miżuri li ħadet l-Angola sabiex ittejeb is-sitwazzjoni tas-sikurezza. Partikolarment, ħadet nota tar-rapport ta' progress magħmul mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Angola dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korretivi wara ż-żjara ta' tim ta' esperti Ewropej fi Frar 2008 u l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' reviżjoni tas-sikurezza tal-ICAO f'Ottubru 2008. Rapport taż-żjara tat-tim ta' esperti Ewropej fl-Indoneżja fi Frar 2009 juri titjib konsiderevoli. Il-Kummissjoni se tkompli l-konsultazzjonijiet mill-viċin mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni bil-ħsieb li fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni ta' sikurezza. Għalhekk mil-lum il-lista tal-Komunità qed timponi projbizzjoni fuq:It-trasportaturi kollha mill-Angola, il-Benin, il-Ginea Ekwatorjali, l-Indoneżja, ir-Repubblika Kirgiża, il-Liberja, is-Sjerra Leone, is-Sważiland, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) and l-Gabon, apparti mill-Gabon Airlines u Afrijet, li għandhom eżenzjonijiet għal għadd żgħir ta' inġenji tal-ajru. Sittax-il trasportatur bl-ajru individwali: l-Afganistan – Ariana Afghan Airlines il-Kambodja – Siem Reap Airways International ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea – Air Koryo il-Każakstan - Air Company Kokshetau, ATMA Airlines, Berkut Air, East Wing, Sayat Air, Starline KZ ir-Rwanda - Silverback Cargo Freighters is-Sudan – Air West it-Tajlandja - One Two Go Airlines l-Ukraina – Motor Sich Airlines, Ukraine Cargo Airways, Ukraine Mediterranean Airlines u Volare Aviation. [1] http://ec.europa.eu/transport/air-ban/