IP/09/1044 Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2009 Id-domain tal-internet “.eu” se jkun disponibbli wkoll bl-alfabett Grieg u b’dak Ċirilliku Il-kelliema tal-Bulgaru u tal-Grieg daqt se jkun jista’ jkollhom siti tal-internet tad-domain “.eu” bil-lingwi tagħhom. Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat regoli ġodda tal-UE sabiex tagħmilha possibbli għall-utenti u n-negozji li jużaw l-internet li jirreġistraw ismijiet tad-domain fid-domain “.eu” li jkunu jużaw il-karattri tat-23 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk tal-alfabett Grieg u Ċirilliku. Dan ifisser li, iktar tard din is-sena, id-domain “.eu” se jkun disponibbli fl-alfabetti wżati mill-Bulgari, mill-Griegi u miċ-Ċiprijotti, u se jkun jinkludi l-karattri speċjali wżati fl-ilsna l-oħra. S’issa, iċ-Ċeki setgħu jużaw biss 27 mit-42 karattru wżati fil-lingwa tagħhom, u l-Litwani 23 minn 32. Rapport ġdid tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tad-domain Ewropew ta’ livell għoli, li ġie ppubblikat illum, juri li l-għadd ta’ ismijiet tad-domain rreġistrati (li bħalissa huwa ta’ madwar 3 miljuni) żdied bi 11 % kemm fl-2007 kif ukoll fl-2008. “Tliet snin wara li tnieda, id-domain “.eu” sar l-għażla ta’ valur għal għadd dejjem jikber ta’ negozji u ta’ ċittadini li jridu jagħżlu identità Ewropea tal-internet. Għan-negozji, l-għażla tad-domain “.eu” hija mod sempliċi kif juru li huma stabbiliti f'wieħed mis-27 pajjiż tal-UE u li huma suġġetti għall-istandards għoljin tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tad-dejta, mar-rego li tal-konsumaturi u mar-regoli tas-swieq finanzjarji tal-UE ,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. “Hija ħaġa naturali, għalhekk, li l-ismijiet tad-domain magħżulin mill-Ewropej jitħallew ikunu varji daqs l-Ewropa nfisha. Huwa għalhekk li ddeċidejna li d-domain “.eu” għandu jsir disponibbli fl-alfabetti kollha wżati fl-Istati Membri u li għandu jkun jipprovdi għall-karattri kollha wżati fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” Il-Kummissjoni Ewropea llum emendat ir-regoli għad-domain “.eu” sabiex l-utenti tal-internet ikunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-domain fid-domain “.eu” li jużaw alfabetti differenti bħall-Grieg u ċ-Ċirilliku. S’issa l-ismijiet tad-domain irreġistrati fid-domain ta’ livell għoli “.eu” setgħu jinkludu biss il-karattri “a” sa “z”, iċ-ċifri “0” sa “9” u s-simbolu “-”. Fil-ġejjieni, fid-domain “.eu” wieħed se jkun jista’ jirreġistra ismijiet li fihom ikun hemm karattri bħall-“à”, “ą”, “ä”, “ψ” u “д”. Iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej se jkunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-domain f’alfabetti li mhumiex dak Latin, li hi ħaġa essenzjali għal lingwi bħall-Grieg u l-Bulgaru. Dal-ħin, il-Bulgarija għandha għadd ta’ domains “.eu” rreġistrati li huwa wieħed mill-iktar baxxi, ta’ 9 578 (ara l-anness). Huwa mistenni li r-regoli l-ġodda se jkomplu jżidu l-attrazzjoni tal-isem tad-domain Ewropew ta’ livell għoli. Sabiex wieħed jirreġistra għal isem tad-domain fid-domain “.eu”, l-utenti tal-internet iridu jkunu stabbiliti f’wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE. Ċifri ġodda ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea juru li, tliet snin wara li tnieda, id.domain “.eu” qed ikompli jsir dejjem iktar popolari. L-għadd ta’ ismijiet tad-domain irreġistrati fid-domain “.eu” żdied bi 11 % kemm fl-2007 kif ukoll fl-2008. Dan kien megħjun mill-fatt li l-ispiża tar-reġistrazzjoni niżlet minn 10 EUR għal 5 EUR fl-2007, u għal 4 EUR fl-2008. Id-domain “.eu” qed jikber b’rata mgħaġġla b’mod partikulari fl-Ewropa tal-Lvant, bl-għadd ta’ ismijiet tad-domain jitla’ b’149 % fil-Polonja bejn l-2006 u l-2008 u b’142 % fil-Litwanja. Id-domain “.eu” rnexxielu jsir ir-raba’ domain ta’ livell għoli tal-kodiċi tal-pajjiż l-iktar popolari fl-Ewropa, maqbuż biss mid-dominji “.de” (tal-Ġermanja), “.uk” (tar-Renju Unit) u “.nl” (tal-Olanda). Id-domain “.eu” huwa d-disa’ l-iktar domain wżat fid-dinja. Għall-ewwel darba, is-sit uffiċjali tal-internet tal-Presidenza Żvediża tal-UE jinsab f’isem tad-domain “.eu”: www.se2009.eu . L-isfond Sa minn meta nfe taħ għall-ewwel darba għar-residenti kollha tal-UE u għall-organizzazzjonijiet kollha stabbiliti fl-UE f’April tal-2006 ( IP/06/476 ), id-domain “.eu” rnexxielu jikseb l-approvazzjoni tal-pubbliku. Sal-ewwel anniversarju tiegħu, kienu ġew irreġistrati 2.5 miljun isem tad-domain fid-domain “.eu” ( IP/07/483 ), u fl-2007 żdiedu 300 000 isem tad-domain ieħor ( IP/08/530 ; IP/09/536 ). Il-ġestjoni tad-dominju “.eu” huwa f’idejn il- EURid , organizzazzjoni indipendenti li mhijiex għall-profitt. EURid qed tħejji għat-tnedija uffiċjali tal-ismijiet tad-domain internazzjonalizzati fid-domain “.eu”. Ir-rapport ta’ llum dwar il-progress li sar fid-domain “.eu” jinsab fis-sit tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/information_society/policy/doteu/ MEMO/08/218 http://www.eurid.eu/ Għall-istatistika l-aktar riċenti dwar id-domain “.eu”: http://www.status.eurid.eu/ Annex Ten largest top level domains by number of registered domain names (as of march 2009) TLD Number of registered domains .com 79   439   607 .cn 13   854   687 .de 12   652   025 .net 12   099   536 .org 7   472   142 .uk 7   382   123 .info 5   137   681 .nl 3   285   095 .eu (*) 3   049   034 .biz 2   025   576 Source: http://domainsinfo.fr/ . (*) The number of registrations for .eu is updated daily on: http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statistics . Number of .eu domains by country of residence of registrants (as of March 2009) Country Number of .eu domains March 2009 Austria 74   767 Belgium 92   404 Bulgaria 9   578 Cyprus 53   051 Czech Republic 82   020 Denmark 45   167 Estonia 8   179 Finland 14   876 France 251   744 Germany 930   467 Greece 25   169 Hungary 29   148 Ireland 59   612 Italy 166   454 Latvia 7   166 Lithuania 9   416 Luxembourg 27   256 Malta 2   916 Netherlands 415   474 Poland 176   328 Portugal 11   789 Romania 20   204 Slovakia 18   609 Slovenia 6   385 Spain 70   390 Sweden 81   979 United Kingdom 377   820 Source: EURid. Growth of .eu domains 2006-2008 by country of residence of registrants Country Growth of .eu domains 2006-2008* Austria +27  % Belgium +23  % Bulgaria** +58  % Cyprus -41  % Czech Republic +65  % Denmark +18  % Estonia +43  % Finland +57  % France +56  % Germany +19  % Greece +44  % Hungary +32  % Ireland +94  % Italy +14  % Latvia 0  % Lithuania +142  % Luxembourg +95  % Malta -85  % Netherlands +36  % Poland +149  % Portugal -2  % Romania** +40  % Slovakia +74  % Slovenia +71  % Spain +33  % Sweden -10  % United Kingdom -14  % EU +22  % *from 31.12.2006 to 31.12.2008. ** Figures for Bulgaria and Romania refer to 2007-2008, since registration of ‘.eu’ domains started after their accession to the EU on 1 January 2007. Source: EURid. .eu registrations per country (as of 23 June 2009) Source: EURid .eu registrations by month (as of 23 June 2009) Source EURid