IP/09/ 1573 Brussell, it-22 ta' Ottubru 2009 Il-Gran Premju Natali 200 9 ingħata lill-ġurnalist Ċiniż Yee Chong LEE għas-servizz tiegħu dwar it-terremot fis-Sichuan Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Lorenzo Natali għall-Ġurnaliżmu qed issir illum fi Stokkolma, matul il-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp. Ħmistax-il persuna, li ntgħażlu fost iktar minn 1000 kandidat mid-dinja kollha, ġew rikumpensati minn ġurija indipendenti magħmula minn tmien membri mid-dinja tal-ġurnaliżmu. Ingħataw tnax-il premju reġjonali, Premju Speċjali għar-Radju, Premju Speċjali għat-Televiżjoni u l-Gran Premju Natali. Il-Gran Premju Natali ngħata lil Yee Chong Lee, ġurnalista ta’ Now TV, għas-servizz tiegħu intitolat "It-terremot f’Sichuan, sena wara". Dan il-ġurnalista żagħżugħ minn Hong Kong qatta’ xahar fuq il-post fejn sar id-diżastru, biex jintervista lill-popolazzjoni, dwar ir-raġunijiet tad-diżastru u l-istat tar-rikostruzzjoni. Il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja, Karel De Gucht, iddikjara : "Il-libertà tal- espressjoni huwa dritt fundamentali. Bl-impenn li jieħdu li jkunu xiehda ta’ żmienna, il-ġurnalisti għażlu li juru l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tal-kontemporanji tagħhna, jirrapurtaw l-avvenimenti li jkollhom impatt qawwi fuq il-pjaneta u jiddenunċjaw l-inġustizzji u jikxfu l-iskandli: dan kollu jfisser parteċipazzjoni fil-promozzjoni tad-demokrazija, tal-iżvilupp u tal-libertajiet. Il-Premju Natali huwa l-okkażjoni biex jiġu rikonoxxuti l-irġiel u n-nisa li, xi drabi anke b’riskju għal ħajjithom, jippruvaw itejbu d-dinja tagħna u jiftħulna għajnejna għar-realtajiet tal-lum. Nixtieq nifraħ lil dawk li rebħu l-premju u b’mod partikolari r-rebbieħ tal-Gran Premju Natali 2009, Yee Chong Lee, li wera l-ħtieġa li tiġi segwita storja ħafna wara li tkun dehret fl-aħbarijiet ewlenin. Nixtieq ukoll nirringrazzja b’mod partikolari l-membri u l-President tal-Ġurija 2009, ġurnalista ta’ Al Jazeera." Ir-rapport tal-ġurnalisti l-oħra li ngħataw premju kienu fost oħrajn: il-persekuzzjoni tal-albinos fl-Afrika ‘l isfel mis-Saħara; il-milizji fil-favelas; is-suq illegali tal-kadavri fiċ-Ċina; l-istupru fil-gwerra fir-RDK; it-tfal akkużati li huma sħaħar fir-RDK; il-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet ta’ Żimbabwe. Kuntest: Il-Premju Lorenzo Natali huwa premju dinji maħluq fl-1992, li huwa miftuħ għall-midja kollha. Dan il-Premju huwa parti integrali tal-politika ta’ żvilupp tal-Kummissjoni Ewropea li tqis id-difiża tal-libertajiet fundamentali, il-libertà tal-espressjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bħala essenzjal i. Biex torganizza l-Premju Lorenzo Natali, il-Kummissjoni Ewropea ssieħbet ma' xi wħud mill-aktar magħrufa fost l-assoċjazzjonijiet dinjin tal-istampa, bħal Reporters Sans Frontières (rebbieħa tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb fl-200 5) jew The World Association of Newspapers and News publishers (li tirrappreżenta b'kollox iktar minn 18 000 pubblikazzjoni fuq il-ħames kontinenti). Għal iktar tagħrif: http://www.prixnatali2009.eu/ Għat-Televiżjoni: Siltiet miċ-ċerimonja u Servizz Speċjali ta’ Aħbarijiet dwar ir-rebbieħ tal-Gran Premju (Iktar tagħrif fuq Europe By Satellite): http://ec.europa.eu/avservices/ebs/schedule.cfm Anness Lista sħiħa ta’ rebbieħa: Gran Premju Natali: Sichuan Earthquake, One year on ta’ Yee Chong LEE, Now TV, Ċina Riżultati tar-Reġjun tal-Afrika: L-Ewwel Premju: The battle for souls ta’ Richard MGAMBA, The Guardian on Sunday , Tanzanija It-Tieni Premju: Undercover inside the chinese sex mafia… ta’ Anas AREMEYAW ANAS, The New Crusading Guide , Ghana It-Tielet Premju: Du pain souterrain au prix de la témérité ta’ Moussa ZONGO, L'événement , Burkina Faso Riżultati tar-Reġjun Amerika Latina u Karibew: L-Ewwel Premju : Dossiê Milícia ta’ João Antônio BARROS u Thiago PRADO, O Dia , Brażil It-Tieni Premju: Amores que matan ta’ Dora Luz ROMERO MEJÍA, La Prensa , Nikaragwa It-Tielet Premju: En clínicas se hace de todo para curar homosexualidad ta’ María Alejandra TORRES REYES, Diario El Universo , L-Ekwador Riżultati tar-Reġjun Asja u l-Paċifiku: L-Ewwel Premju : Deadly harvest ta’ Fiona TAM, South China Morning Post , Ċina It-Tieni Premju: The Ticking Bomb ta’ Massoud ANSARI, Herald , Il-Pakistan It-Tielet Premju: Living Without Bombs ta’ Mui Yoon CHIN, The Star , Il-Malasja Riżultati tar-Reġjun Ewropa: L-Ewwel Premju : Stupru minn Seba’ Suldati. Sfurzata li Tara l-Familja Tagħha Maqtula... ta’ Lucy ADAMS, The Herald , Ir-Renju Unit It-Tieni Premju: Lipstick revolution: Iran's women are taking on the mullahs ta’ Katherine BUTLER, The Independent , Ir-Renju Unit It-Tielet Premju: Daddy raped me. Simply raped. Almost every day ta’ Janar FILIPPOV, Eesti Ekspress , L-Estonja Il-Premju Speċjali Radju jingħata lil Enfants dits "sorciers": enfants en danger ta ’ Freddy MATA MATUNDU u Larissa DIAKANUA, Radio Top Congo FM, RDK Il-Premju Speċjali TV ingħata lil Hell Hole ta’ Johann ABRAHAMS & Godknows NARE, SABC, L-Afrika t’Isfel Kompożizzjoni tal-Ġurija 2009: Il-President: Barbara Serra - Al Jazeera, TV Membri: Heather Blake - Reporters sans frontière (RSF) Agnès Gaudu - Courrier International Kate Gilmore - Amnesty International Raphael Gomide - Gran Premju Lorenzo Natali 2008 Karin Hübinette - SVT TV Larry Kilman - World Association of Newspapers and News Publishers (WAN-IFRA) Martin Plaut - BBC