IP/09/1574 Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2009 Pjattaforma ġdida tas-soċjetà ċivili tħeġġeġ il-multilingwiżmu Pjattaforma ġdida tas-soċjetà ċivili għat-tħeġġiġ tal-multilingwiżmu tellgħet il-laqgħa kostituttiva tagħha fi Brussell illum. L-għan ewlieni tagħha hu li tħeġġeġ djalogu permanenti bejn il-Kummissjoni u s-soċjetà ċivili dwar l-aspetti differenti tal-politika dwar il-multilingwiżmu. Fost il-membri tal-pjattaforma hemm rappreżentanti mill-oqsma tal-edukazzjoni u l-kultura u l-midja u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili bħall-Klabb ta' Madrid u l-Fondazzjoni Yuste. Fi kliem il-Kummissarju Leonard Orban waqt it-tnedija tal-pjattaforma, "L-importanza tal-lingwi fl-ispinta għal aktar koeżjoni soċjali u biex jingħelbu l-ostakli tal-integrazzjoni ma nistgħux nieqfu nsostnuha." Il-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili biex jitħeġġeġ il-Multlingwiżmu se tkun forum għall-iskambju tal-aqwa prattiki għall-midja, l-organizzazzjonijiet kulturali u dawk involuti fl-edukazzjoni kemm dik formali kif ukoll dik li mhix. L-għan se jkun li jitħeġġeġ dibattitu pubbliku dwar kif l-użu usa' ta' lingwi differenti jista' jitħeġġeġ bl-aħjar mod. Il-gruppi prijoritarji fil-mira ta' ħidmet il-pjattaforma huma dawk li jħallu l-iskola qabel il-waqt, dawk involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-anzjani kif ukoll l-immigranti. Il-pjattaforma se ssawwar ukoll proposti li mbagħad jistħarrġuhom il-gvernijiet nazzjonali bħala parti mill-kooperazzjoni tagħhom dwar il-kwistjonijiet konnessi mal-multilingwiżmu fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Pjattaforma tan-Negozji għall-Multilingwiżmu Fit-22 ta' Settembru 2009 il-Kummissjoni waqqfet forum tematiku tal-istess tip għan-negozji. Il-Pjattaforma tan-Negozji għall-Multilingwiżmu tinvolvi l-komunità tan-negozju, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet kummerċjali, il-kmamar tal-kummerċ, l-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni kummerċjali, l-iskejjel u l-awtoritajiet tal-edukazzjoni. Sfond L-importanza tal-lingwi għall-koeżjoni soċjali u sabiex jingħelbu l-ostakli għall-integrazzjoni hija tema li l-Kummissjoni Ewropea qed issegwi bir-reqqa. Il-Komunikazzjoni dwar il-multilingwiżmu tal-2008 sejħet għat-twaqqif ta' pjattaforma tas-soċjetà ċivili li tħeġġeġ il-multilingwiżmu għad-djalogu interkulturali. Fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll kif il-ħiliet lingwistiċi jistgħu jikkontribwixxu biex jitrawwem il-benessri soċjali u individwali. Lista tal-membri tal-pjattaforma EEE-YFU - Il-Federazzjoni "Youth for Understanding" tal- Pubblikaturi Ewropej RECIT -Réseau européen des centres internationaux de traduction littéraire ACT - L-Assoċjazzjoni tat-Televiżjoni Kummerċjali fl-Ewropa In-Netwerk Culturelink Il-Letteratura lill-hinn minn kull Fruntiera EFIL - Il-Federazzjoni Ewropea għat-Tagħlim Interkulturali CEATL -Conseil européen des associations de traducteurs littéraires CMFE - Forum tal-Midja Komunitarja fl-Ewropa Yuste -Fundación Academia Europea de Yuste FUEV - Föderalistische Union Europäischer Volksgruppen IL-KUNSILL EWROPEW TAL-KITTIEBA EAEA - L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni tal-Adulti CEPI - Il-Koordinazzjoni Ewropea tal-Produtturi Indipendenti Il-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru EBLUL – Eurolang Brussell ECA - Il-Kunsill Ewropew tal-Artisti EPC - Il-Kunsill Ewropew tal-Pubblikaturi ALTE - L-Uffiċjal Ewropew għall-Proġetti EEU -Eŭropa Esperanto-Unio L-Uffiċċju fi Brussell tal- Klabb ta' Madrid L-Assoċjazzjoni Ewropea għat-Terminoloġija Il-Forum Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EfVET) EUROCLIO - L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Edukaturi tal-Istorja EUNIC Brussell aisbl ISSA - L-Assoċjazzjoni Internazzjonali Pass Pass In-Netwerk Mercator taċ-Ċentri tad-Diversità Lingwistika ECSWE - Il-Kunsill Ewropew Għall-Edukazzjoni Steiner Waldorf EFNIL - Il-Federazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Lingwa Għal aktar tagħrif: IP/08/1340 : Il-Kummissjoni biħsiebha tisfrutta l-potenzjal kollu tal-lingwi (18/09/2008) Sejħa għal espressjoni ta' interess dwar il-pjattaforma tas-soċjetà ċivili għat-tħeġġiġ tal-multilingwiżmu : http://ec.europa.eu/education/languages/news/news3577_en.htm Il-websajt tematika tal-Kummissjoni Ewropea "nisfruttaw il-potenzjal kollu tal-lingwi fl-Ewropa" : http://ec.europa.eu/education/languages/news/news2853_en.htm Il-Pjattaforma tan-Negozji għall-Multilingwiżmu : http://ec.europa.eu/education/languages/news/news3639_en.htm Il-websajt tal-Kummissarju Orban: http://ec.europa.eu/commission_barroso/orban/index_mt.htm