IP/09/1884 Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009 L-għajnuna mill-Istat: It-tabella turi żieda qawwija fl-għajnuna bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja imma s-Suq Uniku għadu intatt L-aħħar Tabella dwar l-Għajnuna mill-Istat li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea turi li l-kriżi finanzjarja mmultiplikat il-volum ta' għajnuna ġenerali minn € 66.5 biljun i jew 0.52% tal-PGD tal-UE 27 fl-2007 għal € 279.6 biljuni jew 2.2% tal-PGD fl-2008. Meta wieħed jeskludi l-miżuri tal-kriżi, l-għajnuna totali fl-2008 kienet ta' € 67.4 biljuni jew 0.54% tal-PGD. L-azzjoni koordinata u fil-ħin mill-Istati Membri u l-Kummissjoni kkontribwiet biex tiġi mħarsa l-istabbiltà finanzjarja. Il-politika tal-għajnuna mill-istat tal-Kummissjoni Ewropea kienet waħda mill-fatturi ewlenin li żguraw li dan il-proċess ta' salvataġġ li -b’mod ġenerali rnexxa- inkiseb b'mod koordinat. Il-Kummissjoni ppermettiet implimentazzjoni mgħaġġla ta' miżuri ta' appoġġ bla preċedent imma fl-istess ħin żgurat li s-Suq Uniku ma jiġix imfixkel b’distorsjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni. L-għajnuna mhux relatata mal-kriżi baqgħet ġeneralment stabbli u orjentata lejn għanijiet ta' interess komuni. Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes qalet: "Fl-aħħar 14-il xahar, miżuri ta' salvataġġ bla preċedent ippermettew li l-Ewropa tistabbilizza s-swieq finanzjarji u tgħin biex twitti t-triq għall-irkupru. Minħabba li din l-għajnuna ġiet approvata malajr, u l-użu tagħha ġie kontrollat b'mod strett, irnexxielna niżguraw li l-għajnuna tkun parti mis-soluzzjoni għall-kriżi. Bħalissa dħalna fil-fażi ta' ristrutturar tas-sistema bankarja u l-ewwel deċiżjonijiet importanti diġà ttieħedu - per eżempju dwar KBC, ING, Lloyds, Fortis u Commerzbank. Fl-2009, ippermettejna li l-għajnuna addizzjonali lill-ekonomija reali tikkumpensa n-nuqqas ta' kreditu. Ninsab sodisfatta ħafna bil-l-fatt li l-Istati Membri, minkejja dawn iż-żminijiet diffiċli, żammew id-dixxiplina fl-għajnuna mill-istat u komplew l-isforzi tagħhom biex jużaw l-għajnuna għal għanijiet orizzontali ta' interess komuni bħalma hija r-riċerka. L-għajnuna użata kif suppost għandha tkompli tgħinna nimxu fit-triq tal-irkupru ekonomiku." Għajnuna biex tingħeleb il-kriżi finanzjarja Azzjoni kkoordinata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni kif ukoll l-introduzzjoni ta' regoli speċifiċi għall-kriżi ppermettiet l-implimentazzjoni rapida tal-iskemi tal-għajnuna u miżuri ad hoc li ma jtellfux il-kundizzjonijiet ugwali tas-suq tal-UE. L-appoġġ totali għall-kriżi pprovdut mill-Istati Membri u approvat mill-Kummissjoni fl-2008 kien ta' € 3361 biljun. L-ammont nominali tal-appoġġ għall-kriżi li attwalment ġie implimentat mill-Istati Membri fl-2008 kien ferm aktar baxx u ammonta għal €958 biljun. L-element tal-għajnuna mill-istat minn dan l-ammont huwa stmat għal € 212.2 biljun jew 1.7% tal-PGD tal-UE 27. L-element ta' għajnuna huwa aktar baxx b'mod sinifikanti mill-ammont nominali, b'mod partikolari għaliex l-element ta' għajnuna tal-garanziji tal-istat normalment jikkostitwixxu biss parti żgħira minn ammonti garantiti. Barra minn hekk, in-nefqa reali tal-baġit timmaterjaliza biss meta garanzija mill-Istat attwalment tingħata. L-Istati Membri jkomplu fl-isforzi tagħhom biex jużaw l-għajnuna għal għanijiet orizzontali Apparti l-miżuri tal-kriżi finanzjarja, l-Istati Membri żammew mal-pjan oriġinali fl-isforzi tagħhom biex jidderieġu l-għajnuna lejn l-għanijiet orizzontali ta' interess komuni. Madwar 88% tal-għajnuna lill-industrija u lis-servizzi issa qed tiġi diretta lejn għanijiet orizzontali ta' interess komuni, filwaqt li l-għajnuna għal salvataġġ u ristrutturar li mhux marbuta mal-kriżi naqset. L-aktar punt notevoli huwa li l-Kummissjoni osservat iffokar akbar fuq l-għajnuna reġjonali u l-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li hija mistennija li żżid l-opportunitajiet ta' żieda fl-impjiegi fil-futur. Simplifikazzjoni u flessibbiltà Ir-riforma mill-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat 2005-2008 (ara IP/05/680 ) qed ikomplu jagħtu riżultati tajbin. Eżenzjonijiet ġodda minn skrutinju ex ante mill-Kummissjoni, jew permezz tar-Regolament de minimis (ara IP/06/1765 ) jew permezz tar-Regolament adottat riċentement dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara IP/08/1110 ), qed inaqqsu l-piżijiet amministrattivi mingħajr ma jaffettwaw il-kundizzjonijiet ugwali tas-suq. F'termini ta' volum ta' għajnuna, madwar 19% tal-għajnuna hija mogħtija permezz ta' eżenzjonijiet ġenerali. Barra minn hekk, madwar 76% tal-għajnuna mill-istat hija evalwata mill-Kummissjoni taħt l-iskemi tal-għajnuna. Tali skemi jew programmi, ġaladarba jiġu approvati mill-Kummissjoni, jippermetti lill-Istati Membri li jagħtu għajnuna lil numru akbar ta' benefiċjarji mingħajr aktar skrutinju mill-Kummissjoni. Il-miżuri soġġetti għal valutazzjoni individwali fil-livell tal-benefiċjarju jammontaw biss għal 5% tal-għajnuna totali. Dan jagħti lill-Istati Membri grad għoli ta' flessibbiltà, filwaqt li l-kriterji tal-flessibbiltà jissalvagwardjaw is-Suq Uniku. Infurzar It-Tabella ta’ Valutazzjoni tinnota l-progress li sar fl-irkupri ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli. Fl-aħħar ta' Ġunju 2009, effettivament ġew irkuprati €9.4 biljun. Għad fadal penedenti biss 9% tal-għajnuna illegali li jfisser li 91% tal-ammont totali ta' għajnuna illegali u inkompatibbli effettivament kienet ġiet imħallsa mill-benefiċjarji, meta mqabbla mal-25% fl-aħħar tal-2004. It-Tabella ta' Valutazzjoni, flimkien mal-Anness "Fatti u ċifri dwar l-Għajnuna mill-Istati fl-Istati Membri tal-UE" u sett ta' tabelli statistiċi dettaljati u indikaturi għall-Istati Membri kollha, hija disponibbli fil-websajt Europa: http://ec.e uropa.eu/comm/competition/state_aid/studies_reports/studies_reports.html Ara wkoll MEMO/09/540 . Għajnuna totali bħala % tal-PGD (fl-UE-27; dejta mill-1992) Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED Anqas għajnuna u għajnuna mmirata aħjar: Ċifri ewlenin (esklużi miżuri relatati mal-kriżi)   Għajnuna mill-Istat f’biljuni ta' €, fl-2008 Għajnuna mill-Istat bħala % tal-PGD fl-2008 Ix-xejra tas-sehem tal-għajnuna mal-PGD, 2003-2008 f’punti % (1) L-għajnuna totali mill-Istat minbarra l-ferroviji L-għajnua totali mill-Istat għall-industrija u s-servizzi (jiġifieri minbarra l-agrikoltura, is-sajd u t-trasport). L-għajnuna totali mill-Istat minbarra l-ferroviji L-għajnua totali mill-Istat għall-industrija u s-servizzi (jiġifieri minbarra l-agrikoltura, is-sajd u t-trasport). L-għajnuna totali mill-Istat minbarra l-ferroviji L-għajnuna totali mill-Istat għall-industrija u s-servizzi Is-sehem tal-għajnuna għal għanijiet orizzontali bħala % tal-għajnuna totali għall-industrija u s-servizzi fl-2008 Ix-xejra tas-sehem tal-għajnuna għall-għanijiet orizzontali bħala % tal-għajnuna totali,2003-2008 f’punti % (1) UE 27 67.4 52.9 0.54 0.42 -0.05 -0.05 88 10.8 UE 15 57.1 45.8 0.50 0.40 -0.03 -0.02 88 4.3 UE 12 10.3 7.1 1.05 0.72 -0.46 -0.50 87 48.1 Il-Belġju 1.6 1.2 0.46 0.36 0.08 0.09 99 -1.0 Il-Bulgarija 0.4 0.0 1.30 0.12 0.60 -0.20 91 38.4 Ir-Repubblika Ċeka 1.4 1.2 0.97 0.78 -0.47 -0.51 94 65.3 Id-Danimarka 1.9 1.7 0.80 0.71 0.01 0.02 94 1.2 Il-Ġermanja 15.7 14.2 0.63 0.57 -0.09 -0.08 87 7.5 L-Estonja 0.0 0.0 0.29 0.09 0.00 -0.02 100 0.0 L-Irlanda 1.9 0.7 1.05 0.38 0.30 0.06 84 11.4 Il-Greċja 1.0 0.8 0.42 0.33 -0.04 0.06 98 1.5 Spanja 5.2 4.4 0.48 0.40 -0.02 -0.04 79 8.1 Franza 10.3 7.6 0.53 0.39 -0.04 -0.01 96 18.7 L-Italja 5.5 4.5 0.35 0.29 -0.07 -0.06 85 -10.4 Ċipru 0.1 0.1 0.65 0.47 -1.12 -0.90 95 61.1 Il-Latvja 0.2 0.0 0.88 0.20 0.32 0.03 100 10.1 Il-Litwanja 0.3 0.2 0.82 0.53 0.18 0.10 100 54.2 Il-Lussemburgu 0.1 0.1 0.20 0.15 -0.11 -0.04 100 0.0 L-Ungerija 2.5 1.9 2.38 1.81 -0.10 0.21 81 19.0 Malta 0.1 0.1 2.00 1.74 -0.78 -0.86 2 -2.1 L-Olanda 2.2 1.5 0.36 0.25 -0.04 0.03 98 3.0 L-Awstrija 1.3 1.1 0.46 0.38 0.06 0.07 99 -20.7 Il-Polonja 3.7 2.9 1.02 0.80 -0.84 -0.82 93 67.1 Il-Portugall 1.6 1.5 0.93 0.92 0.15 0.19 16 -3.5 Ir-Rumanija 0.9 0.3 0.64 0.18 -0.55 -0.99 53 15.6 Is-Slovenja 0.2 0.2 0.66 0.47 -0.10 -0.09 89 8.7 Is-Slovakkja 0.4 0.3 0.53 0.42 -0.04 -0.07 84 21.1 Il-Finlandja 2.1 0.8 1.13 0.44 -0.13 0.02 98 -0.2 L-Iżvezja 3.0 2.7 0.92 0.82 0.15 0.16 100 -0.3 Ir-Renju Unit 3.8 3.1 0.21 0.17 -0.04 -0.02 91 -4.8 In-Norveġja 2.3 1.7 0.74 0.56 mhux applikabbli (2) mhux applikabbli mhux applikabbli mhux applikabbli L-Iżlanda 0.02 0.02 0.21 0.21 mhux applikabbli mhux applikabbli mhux applikabbli mhux applikabbli Il-Liechtenstein 0.001 0.001 0.03 0.03 mhux applikabbli mhux applikabbli mhux applikabbli mhux applikabbli Nota: Id-Dejta tkopri l-miżuri kollha tal-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE li ttieħdu mill-Istati Membri u eżaminati mill-Kummissjoni. Ir-regoli tal-Komunità dwar il-politiki agrikoli u s-sajd m'humiex koperti mill-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk, l-għajnuna lil dawn is-setturi mhux inkluża għall-pajjiżi EFTA. (1) Bidla fil-punti perċentwali bejn il-medja annwali tal-2003-2005 u 2006-2008. Sors: Id-DĠ għall-Kompetizzjoni, Enerġija, u Trasport, Agrikoltura, Affarijiet Marittimi u Sajd u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. (2) Mhux disponibbli. Għajnuna mil l-Istat relatata mal-miżuri ta l-kri ż i (2008; ċifri f'biljuni ta' €)   Volum totali approvat fl-2008 Volum totali approvat 1.1. - 31.03.2009 Volum totali approvat mill-2008 sal- 31.3.2009 Volum totali approvat 1.4. - 11.11.2009 Volum totali approvat mill-2008 sal- 11.11.2009 Konċessjonijiet Parteċipazzjonijiet tal-ekwità Self b'rata ta' interess baxxa Garanziji Għajnuna totali għall-kriżi mogħtija fl-2008 Għajnuna totali għall-kriżi mogħtija bħala % tal-PGD Sehem tas-settur bankarju bħala % tal-ekonomija totali Nominal value Aid granted Nominal value Aid granted Nominal value Aid granted Nominal value Aid granted % % Il-Belġju 255.15 7.80 262.95 25.36 288.31   16.40 11.70     30.40 6.08 46.80 17.78 5.17 5.4 Id-Danimarka 585.44 13.50 598.94 0.82 599.75   0.50 0.50 2.35 2.35 0.00 0.00 2.85 2.85 1.22 5.4 Il-Ġermanja 545.23 20.00 565.23 23.90 589.13 8.86 11.20 11.20 23.78 3.17 137.10 27.90 180.94 51.14 2.05 3.6 L-Irlanda 376.00 5.00 381.00 7.50 388.50           355.76 35.58 355.76 35.58 19.16 10.9 Il-Greċja 28.00   28.00   28.00                     4.0 Spanja 250.00   250.00   250.00   - -     99.13 0.93  99.13 0.93 0.09 5.1 Franza 341.25 4.70 345.95   345.95   11.50 11.50     31.40 4.98 42.90 16.48 0.85 4.7 L-Italja 20.00   20.00   20.00                     4.8 Ċipru       3.00 3.00                     7.8 Il-Latvja 7.44   7.44   7.44       0.96 0.96     0.96 0.96 4.17 6.2 Il-Lussemburgu 7.00   7.00 0.26 7.26   2.50 2.50     1.50 0.30 4.00 2.80 7.64 29.1 L-Ungerija   5.99 5.99 0.04 6.03                     4.0 L-Olanda 217.75 22.79 240.54   240.54   10.75 10.75 3.00 3.00 3.34 0.33 17.09 14.08 2.37 5.6 L-Awstrija 90.00   90.00 0.10 90.10                     5.6 Il-Polonja       10.00 10.00                     5.1 Il-Portugall 20.00 0.45 20.45 4.00 24.45           4.30 0.43 4.30 0.43 0.26 8.2 Is-Slovenja 12.00   12.00   12.00                     4.3 Il-Finlandja 50.00   50.00 4.00 54.00           0.12 0.00 0.12 0.00   2.9 L-Iżvezja 150.52 4.80 155.32   155.32   0.25 0.25 0.00 0.00 1.14 0.11 1.39 0.36 0.11 3.6 Ir-Renju Unit 405.15 11.25 416.40 95.77 512.17 5.02 46.47 46.47 2.86 0.43 146.93 16.83 201.28 68.75 3.79 7.6 Total UE-27 3360.92 96.28 3457.20 174.74 3631.94 13.89 99.57 94.87 32.95 9.92 811.12 93.48 957.52 212.15 1.70 -